Ir-Rabbin kien bhas-soltu bil-qieghda taht is-sigra jiddeciedi dwar il-problemi tal-gurnata. Kien imiss lil Samwel biex isemmi il-kawza tieghu: “Rabbin, Izakk qed jghaddi il-merhla tieghu mill-art tieghi kull jum u jhassarli il-pjanti u cereali kollha. Fuq l-art tieghi! Fid-dar tieghi! Mhux sew!”
U r-Rabbin wiegeb: “Ghandek ragun!”
Ghalhekk qam ukoll Izakk biex jghid tieghu: “Imma Rabbin, hemm bzonn li l-merhla tieghi jghaddu minn fuq l-art ta’ Samwel biex imorru jixorbu mill-ilma tal-funtana… inkella imutuli! Issa ilu s-sekli li l-merhla kollha ghandhom dritt li jghaddu minn fuq l-artijiet li hemm madwar il-funtana, u ghalhekk ghandi drit naghmel hekk jien ukoll.”
U r-Rabbin jerga… “Ghandek ragun!”
U l-qaddejja li kienet qed tisma’ d-diskursata ghaddejja, daret lejn ir-Rabbin u qaltlu: “Imma, Rabbin, ma jistax ikun li t-tnejn minnhom ghandhom ragun!”
U r-Rabbin wiegeb: “Ghandek ragun!”
(Tags: Ligi tan-non-kontradizzjoni ta’ Aristotli – jekk xi haga hi (minnha), allura il-kuntrarju ma hix (minnha)/ faqar semantiku malti f’dik li hi filosofija?).
Kulltant jasal il-waqt li tieqaf u tahseb. Tinduna li qed tahrablek xi kelma hazina zejda kwazi ghalxejn. Kieku qed tilghab il-futbol kieku l-kummentatur erhilu jiddeskrivih bhala “fallo gratuito”. Tferra’ tazza luminata u twaqqa xi giex qatriet barra u dritt izzerzaq wahda xierqa ta’ l-eqqel sapporter go Ta’ Qali. Ghaliex jahasra? Tigrilek darba, darbtejn. U tibqa’ tigri. Ghal bidu ma tindunax. Li tghix barra ma tghinx ghax hadd ma jista’ jinduna. L-iktar l-iktar ikollok tfajla Franciza li mal-hames darba tirrepeti warajk “illollollolla” u zzid “don’t swear” biex turik li fehmitek.
Biex tghaxxaq m’ghandix ghalfejn inkun irrabjat. Fuq skala minn wiehed sa ghaxra ninstab tassew kuntent (voto in pagella sette e mezzo). Nahseb dawn nervi. Nervi kimici – tal-bdil tat-temp. Meta’ tibda tkun gurnata shana u sajfija u int maghluq go l-ufficcju go Kirchberg bejn skrin ipnotizzanti u veduta konrit mill-ikreh li c-Caqnu biss jaf japprezza. Rivoluzzjoni anatomika interna li taffetwa il-menti. Hemm xi kimika – ormoni forsi? – li qed tghajjat issa daqshekk. Qed tghajjat “Hudni il-boghod fuq plajja helwa fejn tista tintefa midud fuq xugaman tisma l-bahar tiela’ u niezel mar-ramel. Hudni l-boghod minn pajjiz fejn kollox jibda bil-moien u jispicca bir-ritmu tedesko di germania.”
Difficli tahrab mid-DNA. U jekk izommu maqful go fik sakemm jisplodi l-iktar l-iktar taf izzarrat wahda kif Alla ma jridx. U twahhal fin-nervi.
