Skip to content

Strajk

February 28, 2006

Mela dalghodu zewg ahbarijiet dwar it-trasport. L-ewwel nircievi is-sommarju ta’ kuljum minghand station.lu u naqra’ illi tal-linja se jghollu l-prezzijiet gewwa Lussemburgu. L-iqsar vjagg possibbli issa m’ghadux jiswa ewro u ghoxrin imma ewro u nofs. Jien ma naqbadx xarabankijiet ghax ghandi karozza imma meta inkun se nsiefer gieli nuzahom ghax komdi. Taqbad tal-linja minn quddiem id-dar (ezatt wara l-bieb) u jaslu ezatt ezatt fil-hin li hemm miktub fuq tablla – ma kull waqfa. Huwa minnu li jistghu jaghmlu xi haga ghall-kenn fil-maltemp, ghax hlief lasta bil-hinijiet m’hemmx imma insomma kollox ma kollox servizz tajjeb.

Tasal dritt l-istazzjon u taqbad tren, kowc jew xarabank iehor skond fejn sejjer. Issa bit-tariffi l-godda indunajt li, l-iktar l-iktar, ikolli inhallas separat ghall-bagalji. Hlas li naghmlu minghajr ma nahsibha darbtejn ghax il-kumdita’ hemm qieghdha u flimkien ma’ l-efficjenza tghaqqad ‘pakkett helu helu ta’ servizzi u qadi ta’ cittadin.

***

Imbaghad niftahlek it-Tajms u nsib il-headline – Strajk tal-Linja. Imsieken dawk l-istudenti kollha. Dawk il-haddiema kollha. kull min se jibqa’ l-art ghax ix-xufiera naqashom 50,000 lira mis-sussidji. Jidher li ghallinqas ghallum il-konsumatur mhux se jinqeda’ mill-koxxa bhas-soltu. Daqshekk xarabank fil-hin. M’hemmx x’taghmel Fred… nimxuha. U dan izid mal-inefficenzi tal-Gozo Channel li mid-dehra ma kienx xi stilla fi tmiem-il gimgha tal-Karnival. Nghid jien… dawk l-investimenti kollha u imbaghad ma setghax jitrakka c-Cirkewwa?

Gzira zghira, distanzi zghar u ngibu kollox f’tarf id-dinja. Helwa wisq din l-art.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: