Skip to content

Trattat Egocentriku

March 2, 2006

Allura issa innominaw lspecjalist fit-Tekonologija u l-Informatika biex jiehu post iz-Ziemel bhala Rettur. Missni ghidt Roger Ellul Micallef (Profs) imma f’Malta kullhadd jghidlu z-Ziemel. L-aqwa li wara daru. Imbaghad l-hypocrisie obligee tobbligana nghidulu Sur Rettur. Qrajt l-ahbar dalghodu. Juanito Camilleri innominat mill-membri kollha tal-Gvern li jpoggu (e basta) fuq il-Kunsill. Bdejna bit-tajjeb ukoll ghax il-Profs Juanito (li ma nafux minn Adam) qalilhom li ma qghadx jigri wara n-nies izda ghalkemm nomina wahda kienet tkun bizzejjed xorta sab ruhu bi tlettax. Ghallinqas kredibbli u ta’ l-affari tieghu.

Iz-ziemel ma tantx iddardar (s’issa) u bhal Moggi ta’ Tal-Qroqq qed ihalliha ghall-ahhar biex jaghti indikazzjonijiet jekk hux ser jikkontesta ghal term iehor u jgawdi l-uzu tal-karozza immarkata UOM 001. Jien li ghogbitni kienet li dal-Gvern modern u futurista li diga beda’ jrodd is-slaleb ghal wicc hafna mis-setturi universitarji tradizzjonali issa ha pass iehor lejn il-qatla. M’ghandi xejn kontra Juanito. Ghidtilkom ma nafux. Imma IT jibqa’. U bhala snob di prima kwalita’ gej mill-Fakulta’ tal-Ligi u Studji Umanistici (hudha ma’ saqajk) ghandi qisu dardir meta nara xi hadd gej minn-New Wave “Arts”. U nafu ghalfejn huwa z-ziemel favorit tal-Gvern f’din it-tellieqa ghall-mexxej ta’ l-Universita’ falluta…. ghax iridu l-intraprizi u prodott kompetittiv.

Iridu li l-universita isservi ta’ sors ghall-iSmart Cities tal-futur. Iridu li tkun kompetittiva. Iriduha tkun kapaci tirbah f’ambjent ta’ kompetizzjoni ahrax. Ghalhekk ghazlu lil Juanito. Ghandu l-esperjenza fil-kompetizzjoni.


CEO tal-Melita Cable.

U mela zo** sur kappillan. L-ghorrief ilhom li telqu. Kullhadd jifhem issa. Kullhadd jaf din l-edukazzjoni terzjarja fejn sejra. Sejra fit-triq ta’ l-egocentrizmu sfrenat li diga kien qed jivvelena l-akkademja qatra qatra izda issa se jinbiegh bil-garra monopolistika. L-egocentrizmu tal-jien (nifhem) u qabel kollox. U l-Universita’ tmur ghal sormha of course.

Issa ikollna European (ghax based in Swisserrlandd) Diplomas, Computer Driving Courses u Distant Learning. Niftahru bil-B.Comm, FEMA u Mediterranean Studies filwaqt li l-klassici jinharqu. Forsi dejjem hekk kellu jkun. Forsi qatt ma kien haqqha Alma Mater din il-gzira gebla u bhal ma Cipru jibaghtu z-zghazagh taghhom jifthu moghhom Ateni forsi ahna ukoll konna nibaghtuhom Londra u Ruma ha jingabru.

Minflok issa nzommuhom hemm bil-holma tan-nofs stipendju u korsijiet gegwigija. Kull tant xi buras fil-Ministeru tal-Mizedukazzjoni jiddeciedi li ikollna Universita kompetittiva u ghalhekk hemm bzonn titmexxa professjonalment u li jitnaqqsulha s-sussidji.

Imbaghad x’naghmlu Wenz? Bil-professuri jistrajkjaw bhal tax-xarabank? Ghax Juanito bil-monopolju sussidjat biss dara jahdem!

** Ir-ritratt (bhat-titlu) m’ghandux x’jaqsam mal-bqija tal-kitba imma l-kontroversja tbiegh u anki l-isbuhija. Issa ma nafx jekk hux wicci s-sabih u t-titlu kontroversjali imma la wasalt s’hawn blajtha siehbi!

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: