Skip to content

Seat ta’ Wara

March 11, 2006

Qed joqrob l-Ghid. Fost hafna affarijiet strambi li jfakkarni fihom l-Ghid hemm is-seat (xtaqt nuza’ maghqad imma ma ddoqlix f’karozza u nobghod niktibha “sit”) ta’ wara’ tal-karozza. Ghax il-wasla ta’ l-Ghid kienet tfisser li sejrin Ghawdex ghall-gimaghtejn tal-btala u kienu jibdew il-gimaghtejn ta’ relazzjoni mas-sit ta’ wara tal-karozza. Is-sit ta’ wara huwa siggu iehor fl-iskola tal-hajja. Huwa s-siggu minn fejn tfal bhali kienu jisparaw elf mistoqsija lejn il-genituri bilqieghdha quddiem u nippretendu twegiba immedjata.

Id-dinja tibda tifimha xi ftit ghall-ewwel darba mis-seat ta’ wara. Thares il-barra mit-tieqa tal-FIAT Uno jew DATSUN jew x’ikunu taw lil missierek ta’ Farsin u titghallem bil-mod. Tosserva u tiddigerixxi. U Ghawdex kien joffri xenarji meraviljuzi mis-seat ta’ wara’. Hdura ma tispicca qatt u l-isfar u l-ahmar ta’ l-Ingliza u s-Silla jpingu l-ghelieqi. R-riha tax-xita li tkun ghada kif bierket l-art tkun ghada imdendla fl-arja u tiftahlek imnifsejk.

Ga minn qabel ma tizbarka mill-iMgarr jew Melitaland tkun hadt postok wara l-pa’. Strategikament tkun tista’ tara ir-rearview mirror tieghu u idu diehla u hierga bis-sigarett dejjem imqabbad. Sahansitra timmagina li minghajr sigarett il-karozza ma timxix. Imbaghad jinnegozja ma tal-Gozo Channel. Fi zmien il-ghaks kien ikun jaf lil xi wiehd minnhom u flok karozza u erba passiggieri konna naqtghu karozza u driver. Il-bqija jghaddu grazzi ghal flixkun whisky kulltant lil Censu jew Chalie jew min jinzerta fuq il-moll. U l-id tohrog mit-tieqa taghtih il-biljetti u l-iehor jaghmel ta birruhu qed jaqta’ l-biljetti u minflok jaghtik kollox lura tale quale. Sic transit gloria gaulitanum.

Imbaghad konna nabbandunaw it-tron tas-sit ta’ wara sabiex nitilghu hdejn il-Kaptan (ghax kien jafu ukoll il-pa’ – il-pa’ lil kullhadd jaf – tghallem Ghawdxi tghallem) u noqghodu b’idejna fuq it-tmun inhossuna l-allat li qed jiggwidaw il-vapur filwaqt li nippruvaw nevitaw li nidhlu go Kemmuna.

Malli konna nizbarkaw go Ghawdex diga tkun dinja ohra. U l-Gzira Ghasel kienet tirrezerva vjaggi sabiex nigbru il-gbejniet mill-Munxar, hobz mix-Xaghra, xorb minn Farsin u xirja minghand Chalie ta’ Batu fi Pjazza San gorg. Dehlin u hergin minn gol karozza nibilghu arja bnina u ferriegha tar-Rebbiegha Ghawdxija. Imbaghad jaslu ir-riti Kattolici. Fis-sieat ta’ wara lejn il-quddies ir-Rabat, fis-seat ta’ wara nintonaw ir-ruzarju jew mal-pa’ jew maz-ziju Kavallier sakemm naghmlu s-seba’ Knejjes. Carcade ta’ tlett familji nigru minn Knisja ghall-ohra u naraw l-imwejjed ta’ l-Appostli fl-istess hin. Il-formazzjoni fis-seat ta’ wara dejjem tinbidel u kull ruzarju ikollu ton differenti skond il-partecipanti. Sliemghalikmarijabil-grazzzja….

Imbaghad carcade ohra lejn il-purcissjonijiet tar-Rabat u tilhaq bicca tax-Xaghra ukoll. Imbaghad bejn haga ou ohra tigri fis-seat ta’ wara mal-pa’ sakemm ilahhaq erba’ qadjiet.

Ghax il-friefet ghandhom il-pupa u l-krysalide imma ahna ghandna s-seat ta’ wara. Dak il-post fejn taf li id-dinja ghadha f’idejn dawk li qieghdin bilqieghdha quddiem. L-uniku hsieb huwa fuq id-dmanda li jmiss. U fuq ix-xita li qed thabbat mat-tieq u l-qtar li qed jiggerra mat-tieqa qisu ghandu hajja tieghu. Ghadek komdu, fil-wens u l-kenn tal-familja u tixtieq li tibqa hemm imwennes u imkenni. Xi sentejn ihra ma jkollokx kwiet go gismek imma ghalissa kemm jixtrulek Kinnie u Twistees u erhilek tiekol u tmeclaq u ssoff hemm wara u d-dinja barra affarihom.

Dak kien zmien… fis-seat ta’ wara.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: