Skip to content

Il-Bard

March 13, 2006


Tghix go Lussemburgu u tissieheb mal-klabb tal-bard. Il-bard issir haga kwotidjana. Li thares lejn it-termometru filghodu u jindika hamsa taht iz-zero u ma tistaghgibx hija parti mill-Lussemburgifikazzjoni. Stramba ghall-bidu. Iddum ma tinduna kemm dahlet gos-sistema din l-idea. Sakemm tqum xi darba filghodu. Tohrog barra u tghid bejnek u bejn ruhhek li illum bnazzi ghax qieghda grad fuq iz-zero. Sahansitra tittanta tilbes in-nuccali tax-xemx.

Illum mort ippruvajt post gdid ghall-ikel sabiex nahrab mill-canteens kommunisti istituzzjonali. Spiccajt got-Tverna ta’ Belair. Ilhom sena’ miftuha u ghandu x’jghidli li ha nsir “regular”. Hitan mizbughin homor homor. Ritratti ta’ isdra u srum femminili fl-abjad u l-iswed mal-hitan. Xejn isbah biex iqabbdek l-aptit. Muzika Kubana u menu varjatissimu bi platt specjali ghal nofsinhar kuljum. Sibtu posti. L-iktar haga li toghgobni dwar dan il-post huwa il-mod spavald kif jaghmel il jista’ biex inessi il-bard barrani. bejn il-hitan homor, ir-ritratti ta’ igsma fil-ghera u fliexken ta’ rhum u caipirinha tinsa’ li barra l-art ghada bajda bis-silg. Tidhol fl-ambjent shun u ghal mument tisthajlek go speci ta’ trijanglu ta’ bermuda f’nofs Lussemburgu.

U filghaxija jiftah ukoll u qieghed pass mid-dar. gawdejt wisq. L-ispirtu sahan u l-qalb kompliet il-melodija ferriegha li donnha qabdet ir-ritmu dawn l-ahhar jiem. Il-pjacir li tghix u ssib il-pjaciri zghar tal-hajja. Kullimkien qieghdin. Anki fl-eqqel bard li jaf joffri id-Dukat.

Kull ma jonqos Kinnie u pakkett twistees.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: