Skip to content

Nuccali

March 14, 2006

Ma tarax. Qed nghidlek ma tarax.

Daqs xahrejn ilu tfarrakli in-nuccali funky li kont xtrajt minn ghand il-Grand Opticien ta’ l-Auchan. Joghgobni ghax ghandu dik il-feel anni cinquanta fejn kull ma jkun jonqosni il-vespa piaggio u l-muzika Sapore di Sale biex inhossni mort lura f’wahda mill-epoki l-iktar felici tas-seklu li ghadda. Peress li kont ghazilt wiehed state of the art kellhom jordnaw iehor mill-Amerka. Kopert bl-assigurazzjoni u kollox. Ma nhallasx penny. Imma xorta xahrejn minghajr in-nuccali tieghi.

Kelli l-ghazla li noqghod indur bin-nuccali tax-xemx ghax moghni bil-lenti tal-vista. Imma mal-hames ghageb li jitfaghlek is-soltu cajta ta’ “Kemm hawn xemx illum” ikollok jew tigdem ilsienk u ma twegibx b’ton aspru li qed “issalva ghajnejk mill-brillantezza ta mohhu” jew inkella issib par qadim u tinqeda. U hekk ghamilt. Ilni xahrejn indur bi preskrizzjoni hazina tal-lenti. Ifisser mini-ugiegh ta rasijiet illi ikkombinaw ruhhom ma sinna imnejka. M’hemmx x’taghmel.

Issa cempluli minn Auchan. Il-frejm wasal. Ha mmur sparat nigbru ha forsi nara nidghi. X’salib dawn in-nuccalijiet koz. Imma nippreferi immut milli nilbes xi lenti go ghajnejja. Ilni nilbes nuccalijiet minn Form 1. Minn meta’ dhalt f’lezzjoni ta’ dik l-inutiltà miexja ta’ ghalliema ta’ l-Ingliz liebes nuccali imzanzan gdid fjamant. F’dak iz-zmien ma kellniex Harry Potters li jbiddlu l-ilbies ta’ nuccali f’fashion item. Dak iz-zmien kellna terminologija vasta bhal “nerd” u “kwatrocchi” li malajr tifhem kemm int cool liebes in-nuccali. Imnalla fil-fubol kont daqxejn ahjar minn normal ghax inkella addio reputazzjoni.

Minghajr il-gost u genn tal-futbol kien ikolli nispicca fuq iz-zokk ta’ sigra mejta ma dawk in-nerds iharsu lejn il-keshin bhalna niggerrew wara ballun filwaqt li jsoffu il-Kinnie mill-istrò u jaqsmu xi borza Twistees.

first sign you line up
second sign you shut up

erm sir… I think your car is on fire!

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: