Skip to content

El Gordito

March 15, 2006

Ghadni diehel minn loghba five-a-side. Nilghabu gewwa s’intendi. Tnax il-referendarju jinsew l-enigmi legali u jghaddu ghal loghba semplici tal-ballun. Kulltant jinghaqad maghna l-Avukat Generali Maduro, bhal ma ghamel illum. Hafna pjacir imma jien nizbalja ghax ma mmurx spiss. Tort naqra taghhom ukoll ghax jilghabu l-Erbgha u normalment ikun hemm ic-Champions League u l-Juve ergo prioritajiet ohra.

Insomma. Illum mort. Mort ghax intizint u sibt li issa nizen 73 kg. Xejn sabih. U jekk ha mmur nitmattar fuq il-plajjiet ta’ Cuba hemm bzonn niddistanzja ruhi mill-Free Willy State. Issa qbizt it-tletin. U z-zmien u l-piz beda’ jinhass. It-touch ghadu hemm – Brazilian u x’naf jien. Imma l-istamina le. Nieqsa dik xbin. U minkejja li t-tipjip ilu li intnesa minn Milan-Liverpool xorta ghadhom iwegghuni il-pulmuni.

Tinduna li kbirt meta s-somiljanza ma Cassano, Ronaldo u Gascoigne tittiehed miz-zaqq u mhux mill-pass. Tinduna li xi haga bdiet tinbidel meta bejn round u iehor (nilghabu bi tlett teams – round robin) tibda tpartat ricetti ta’ kejkijiet ma Maduro. Tinduna li z-zmien qed jaghmel bik meta taghraf li ma tantx kienet idea tajba tibla’ BLT sandwich ftit qabel il-loghba.

Imma l-finezza ghadha hemm. Dawk il-lobs li Totti jista’ biss johlomom. Dawk il-passes di tacco li Ibrahimovic ghadu jipperfezzjona. Dawk id-daqqiet ta’ ras ala l-aqwa Van Basten. Dik il-bomba stile Dunga jew Branco.

U kif qed forsi tindunaw il-holm tat-tfal ma jisparixxi qatt. Ghax il-futbol jghin biex tibqa zaghzugh. Tista tiflef il-forma imma il-menti hemm se jibqa’ fanatiku u mimli holm. Ghalhekk isjehulha il-Loghba Sabiha (the Beautiful Game).

U issa qieghed id-dar. Tazza Kinnie mill-bottijiet li gabuli l-ahhar. Ghax hekk xieraq. La ma nistax immur Zmerc wara l-loghba u nibla gwienah tat-tigieg u Orange and Orange ta’ l-inqas nixrob kinnie bil-kwiet. U ghada naghmel il-kejk Portugiz mimli cholesterol la jibaghtli r-ricetta Maduro.

Fejn taf… forsi xi darba insir bhal Maradona. (pero droga le… u kburi!)

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: