Skip to content

Il-Ponta ta’ Santa Marija

April 3, 2006

Image hosting by Photobucket

Cempilt ‘l ommi u qaltli li Ghawdex kien genna ta’ l-art il-weekend li ghadda. Jidher li waslet is-shana tal-Ghid u li t-temperatura qed tilhaq it-tletin. Qaltli li marret passiggjata Marsalforn u spiccat fl-inhawi tal-breakwater – maghruf fost l-Ghawdxin bhala il-Ponta ta’ Santa Marija. Fi tfuliti konna immorru innemsu lin-nisa jghumu biz-zejziet barra taht is-sinjal bil-kitba “Warning: Topless Bathing Not Allowed”. Jidher li tant hi shana li z-zghazagh ga qed jghumu gol-bahar li kull ma jonqsu kien li jibghat stedina personalizzata lil kull min kellu x-xorti li jhares lejh (skond ommi).

Il-Ponta kienet t-tarf tad-dominju taghna t-tfal fil-loghob ta’ kuljum sajfi. Stajna immorru kullimkien bejn il-Ponta u l-hajt tal-Menqa. Lil hinn mill-Ponta u l-hajt kien hemm iz-zina u l-ghera. Naha minnhom taht il-hajt tal-breakwater u n-naha l-ohra gewwa Ghar Qawqla. U l-leggendi ta’ Marsalforn jinnarraw li lil’hinn mill-Qbajjar u lejn Ghar Qawqla kienu joperaw is-setet. Tal-Black Mass biex niftiehmu. U kien ghalhekk li Dun Marjan kien jigbor iz-zghazagh darba jew tnejn fis-sajf taht il-hajt tal-Breakwater u jiccelebra Rock Mass f’nofs il-lejl b’tanto di bonfire jakkumpanja l-messa Divina. Rock vs Black u kollox idur madwar il-limiti u t-truf tas-socjetà balneari sajfija ta’ Marsalforn.

Tiskanta li t-turisti (il-barranin) kienu qishom jifhmu u ma nafx kif kienu isibu rwiehhom lil-hinn mill-ponta meta kellhom ix-xewqa li jaharqu sa’ l-inqas bizla. Il-limiti lokali kienu jitnaqqxu fil-mohh barrani minghajr ma kienu miktuba imkien. L-Inglizi u l-Francizi kienu igorru x-xugaman sa’ wara l-breakwater qabel ma jinzghu nofs it-two-piece (l-imxajtan two-piece) u jikxfu par gmielhom. Qishom jafu bir-regola m’hix miktuba. Qisu xi haga tghidlek li mhux ta’ min tintefa’ fuq il-blokki, jew fuq ic-caghak, jew fuq il-paletta minghajr l-ghata necessarju li jirrispetta il-pudur.

Koz. Imbaghad tigi Lussemburgu. U tmur tghum go ghadira (lake) biex forsi tissimula l-idea ta’ ghuma. U fi sforz li ssib post fejn tqieghed ix-xugaman tibda ddur ma’ tarf l-ghadira. U wara biss mitt metru tibda tinduna li l-ghera hija iktar frekwenti. U mhux qed nitkellem dwar topless nebbiexi imma ghera sufija tal-libsa tal-maghmudija. U l-qniepen ta’ twissija idoqqu l-moti ta’ Dun Marjan gol-breakwater ta’ mohhok u tipprova tifhem kif stajt kont taf. Minghajr ma trid issib ruhek f’nofs ghawm nudist u l-pass jirdoppja ghax huwa tqil bil-memorji ta’ ritratti mentali misruqa minn wara l-breakwater bil-misthija u l-biza li jew Dun Marjan jew l-ma ser isiru jafu. Bil-biza li qbizt ix-xifer accettat u permess mis-socjetà u li issa tlaqt ghal rasek.

Sakemm tasal fit-tarf tal-wesgha nudista u sserrah rasek. U titfa’ x-xugaman qalb il-haxix u tinzel fit-tajn moqziez filwaqt li qed tipprova timmaginah ramel u tghum gol-ilma stramb tal-ghadira.

Kulltant tirringrazzja l’Alla li kbirt fil-kenn tal-breakwater. Kulltant iehor tinkwieta li dak il-kenn kien ftit zejjed u tirringrazzja l’Alla li tlaqt qabel ma stkennejt wisq u bqajt maghluq… bejn Breakwater u Menqa.

sahhiet

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: