Skip to content

Mojito

April 27, 2006


Gejna lura. Ghadni affaxinat daqs tifel zghir li qed jiskopri d-dinja ghall-ewwel darba. Kienet l-ewwel darba li tlaqt il-boghod mill-kontinent il-qadim. Iz-zjara go Djerba ma tghoddx. Hemmhekk il-Maghreb ghalija parti mill-Ewropa li tghodd. L-Ewropa ta’ l-Imperu Ruman biex nifthiemu – dak li kien jieqaf fejn jieqfu l-ghenba uz-zebbuga. Did-darba mort lil’hinn u ghall-ewwel darba kelli nibdel sew is-siegha. Sahansitra jien u gej l’ura l-ewwel mort Cancun fejn ergajt iggwadanjajt siegha. Tlaqt minn Varadero, Cuba fit-tlieta u nofs u wasalt Cancun fil-Messiku fit-tlieta u nofs. Wara waqfa ta’ xi siegha fejn stajt anki niggosta l-ikel prelibat Messikan maghmul minghajr qamh u b’hafna Mais ergajna tlajna fuq l-ajruplan li telaq fil-hamsa u nofs u ta’ wara nofsinhar u ghamel disgha sieghat u nofs vjagg u wasal Brussel fl-ghaxra ta’ filghodu.

Il-gisem thawwad. Bejn ghax titlaq fi shana u qtar ta’ xita kubana, tghaddi minn shana Messikana tnixxef il-funtani, titla tul il-kosta orjentali tal-Amerka fuq Tampa, Miami, Raleigh u Boston sa ma tasal sal-ishab presidenzjali ta’ Washington… tghaddi imbaghad lejn Halifax li ma hux pitazz imma belt gol Kanada… imbaghad taqsam ocean f’dak li minghalik hu lejl u tohrog bla hiseb minn gol-bahar shab li hemm fuq il-kontinent u qabel ma taf x’laqtek tasal Brussel fix-xita u tnax il-grad celsju.

Twegga il-qalb in-nuqqas ta’ riha ta bahar. Tasam ir-ruh in-nuqqas ta’ xemx sajfija u laghba. Ittellef in-nuqqas ta’ arja friska. U imbaghad jiddeffes il-hin u l-gisem jinqabad f’tilt. Issuq dawk is-saghtejn lejn id-Dukat qisek zombie. Laqqas idea ta’ kif ghaddew jew ta kif ma bqajtx diehel go hajt wara iktar minn ghoxrin siegha imqajjem. U tasal sfinit u trid taggusta ruhek ghal jiem li gejjin.

Dawn il-jumejn ghaddew qishom mojito. Tahlita tal-hlewwa taz-zokkor tal-kanna kubana bil-qrusija tal-angostura is-sahha tar-ron (rum) u l-pjacir melliesi fuq l-ilsien ta’ qatgha minta. Ihalluk stordut imma kuntent mill-esperjenza li ghaddejt minnha.

Issa nibdew fazi ohra. Lesti ghall-kinnnie u t-twistees.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: