Skip to content

Vidmar

May 9, 2006

Ilni intella’ u nnizzel jekk nixtrix l-album tal-Calciatori Panini biex ingemmghu. Il-prezzijiet gewwa Lussemburgu naqra’ gholjin ghal hdejn Malta. L-album jiswa’ ewro u nofs. Kaxxa stickers (biex tibda’ sew) tiswa’ hamsin ewro filwaqt li pakket wiehed jiswa ghoxrin centezmu. Fid-Dukat kullhadd imgennen ghall-Calciatori. Anki fil-qorti kullhadd ipartat. Skond tal-Panini stess, il-Lussemburgu jghodd ghal kwart tas-suq totali tal-Calciatori meta tghodd il-Belgju u Lussemburgu flimkien.

S’issa kont ghandi ma dhaltx fost dawk il hamsa u ghoxrin fil-mija. Kont ghadni intella’ u nnizzel. Poprjament kelli ezercizzju ekonomiku komplikat x’nikkalkula. Bejn opportunity cost u elasticity of demand u product substitutability kelli niddeciedi jekk hux ahjar tonfoq wiehed u hamsin ewro u nofs fuq l-album u l-ewwel kaxxa (bil-prospetti kbar li jkollok tixtri daqs kaxxa ohra biex tghaqqdu) jew inkella naghzel li nonfoq tmienja u erbghin ewro fuq FIFA 2006 the Road To World Cup (Deutschland) ghall-Playstation. Fl-ahhar l-ghazla kienet waqghet fuq ta’ l-ahhar.

Izda s-sibt kont il-Cactus naghel ix-xirja u iddecidejt nilghab ix-xorti mad-dea bendata. Iddecidejt nixtri pakkett ta’ hames stickers u l-imhatra kienet li jekk ninzerta imqar braziljan wiehed nixtri l-album. Izda x-xorti, minghajr hafna kalkoli ekonomici qablet mieghi. Il-players li sibt kienu dawn:

Luis Perez (Messiku)
Niko Kranjcar (Kroazja)
Raul Gonzalez (Spanja)
Micahel Owen (Ingilterra)
Tony Vidmar (Awstralja)

Xorta bqajt nilghabha. Xorta kont ghadni intella’ u nnizzel. Sakemm dalghodu sinjal iehor tad-destin gieghlni nahseb. L-ANSA annunciat li Tony Vidmar ma hux se jiehu sehem fit-Tazza tad-Dinja ghax il-player ta’ 35 sena ghadu kif skopra li ghandu kaz ta “Artimia Cardiaca”. Qalbu ma ttiehx li jasal. U hemm bdejt ninkwieta. Ghax Vidmar kien wiehed mill-hamsa. U ga nafu li Owen ghadu jipprova jirkupra minn injury. U Raul Gonzalez mhux li f’siktu sa’ l-ahhar. Niko Kranjcar huwa speci ta Maldini tal-Kroazja. Jilghab fit-tim maghzul mid-daddy. Luis Perez ma nafx min hu imma kien qisu l-izvintura messet mal-hamsa li tellajt.

Allura ghalissa ahajr ma ngemmghu xejn. Ma jmurx jinzertali xi Ronaldinho u naghmel xahar ma norqodx bl-inkwiet. Ghal Vidmar il-vera jiddispjacini ghax tifel sew. Kont se nghid qalbu tajba imma bhalissa ahjar noqghod kwiet.

Sliem.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: