Skip to content

L-Awrina Felina

May 11, 2006


Sakemm domna Cuba Xitan “issewwiet”. It-tiswijja kienet necessarja ghaliex malli hadniha ghand oht Melanie iddecidiet terga tidhol f’wahda mill-perijodi ta’ sahna li tant kienet taf taghmel. Tibda twahwah daqs Caterina Caselli fuq l’ecstasy u tkompli tinghi bhal (alla jahfrilha) Mia Martini f’depression sakemm tikkulmina f’attakk ta’ twahih kontinwu stile Shakira fuq slo-mo. Julie, oht Melanie, la ghandha il-pacenzja u lanqas id-disorganizzazzjoni taghna. Ma’ l-ewwel hjiel li waqaf it-tinwiegh hadet lill-Xitan s’ghand il-veterinarju u dan sewwa il-qattusa billi serqilha nofs il-femininita’ taghha. Rizultat: daqshekk sahniet u Xitan saret qattusa modella.

U issa li giet lura gewwa Rue de Bragance ghandha l-added bonus li tista’ tohrog ‘il barra – lussu li qabel ma kienx permess ghaliex il-Parc de Merl (illi ghal fuqu jaghti it-terrazza) huwa moghni b’kollezzjoni tomcats suwed, bocci u bestji illi konvint li mejtin jaghtu daqqtejn Chalie t’hemm isfel lill-Xitan. Issa li c-cansijiet ta’ prokreazzjoni diabolici huma nulli nista’ nippermetti dan ir-riskju.

Wara ftit jiem li kienet qed tohrog skopejt i l-biza’ li kelli li Xitan se titwerwer mill-bullijiet tal-park kienet inutli – unfounded kif jghidu gewwa albjun. Kont xhud ta’ girja vjolenti ta’ Xitan ghal wara qattus erba darbiet daqsha. Inkredibbli – trid tara biex temmen. F’kemm ilni nghidlek Xitan saret ir-Regina tal-kantuniera taghna tal-park. Laqqas il-cocker li kien obstinatament ibul mas-sigra tat-tuffiegh li ghandi taht it-terrazza ma ghandu jersaq daqshekk vicin.

Xitan drat ukoll tidhol u tohrog id-dar kif u meta trid. No problem. Issa baqaghli haga wahda biss x’nifhem. Probelma wahda. Ghax Xitan, minkejja dan il-hin kollu barra tiggerra bejn cespulju u sigra u haxix u x’naf jien, xorta ghadha zzomm il-pipi ghal meta tidhol id-dar. Tmur fil-litter li ghandha apposta u tiddepozita il-likwidi hemm. U jien innaddaf.

Imma nghid jien. Tigri wara qtates. Tigri ma park enormi. Tidhol f’toqob li lanqas qieghdin hemm. Imbaghad tistenna sakemm tigi id-dar biex titlaqli il-bewla gornaljiera halli noqghod innaddaf? Ix-xjafek!

Hallejtkom.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: