Skip to content

Razzizmu

May 15, 2006

Photobucket - Video and Image Hosting

Il-gilda tieghi stramba. Kulurita biex niftiehmu. Kemm ilni il-Lussemburgu sirt iktar konxju taghha. Qabel, go pajjizi, kien ikollha zewgt ilwien. Bajdani fix-xitwa u fis-sajf toqrob lejn is-sewdieni. Ghandhom kelma ghas-swidija tieghi go Franza. “Bazanee”. Ma tfissirx iswed izda laqqas dak il-kaffelatte mestizo. Bazanee. Kulur il-Malti maghrebin. Kemm ilni hawn sar ghandi gradi differenti. Fl-eqqel tax-xitwa il-gilda qisha iccedi kull tentattiv ta’ prezentabilità. Tiehu lewn griz. Lewn il-mard. Reazzjoni kerha ghall-kesha harxa u nuqqas ta’ xemx. Imbaghad meta tohrog ix-xemx (anki dik Lussemburgiza) nerga naqleb lejn il-Bazanee. Dan l-ahhar wara gimaghtejn go Cuba gejt lura Bazanee kif suppost.

U l-weekend li ghadda kont Metz. Kelli hafna qadjiet u irqadt ghand omm it-tfajla. Ghand Evelyne. S-sibt filghodu kelli nerga lura l’hawn ha nkompli narma l-ghamara gdida li xtrajt. Melanie waslitni sal-karozza ghax kellha tiehu xi affarijiet minn go tieghi u titfaghhom go taghha. Sakemm qed inhottu bil-kalma kollha johrog il-gar ta’ Evelyne. Ragel xih. Ghandu sebghin sena’ u hareg bil-pagama. Resaq lejn Melanie u staqieha jekk jistax jghidilha kelma. Mel, hi ukoll fil-pygama, qaltlu mela le.

Kien hemmhekk li s-sur Joli biddel it-ton. Qallha “Hemm bzonn nittallab biex thallu l-ispazju ta’ quddiem id-dar tieghi vojt?” Ma kienx qed jghid ghall-garaxx. Dak kien vojt. Kien qed jghid ghall-bicca bankina li tghaddi quddiem daru. GHal bidu Mel qaltlu li kemm jista’ jkun tipprova tersaq lejn darha imma li kif seta jara kellna zewg karozzi u… Ma riedx jaf. Tpastaz il-bodbod. Beda jgholli lehnu u jgorr li kellu jimxi hafna minn karozztu sal-bieb.

Jien bqajt imbellah. Ara dar-ragel hiereg minn daru jitlob favur u minflok jitlob bil-pulit gej bl-arroganza kollha. U milli jidher ma kenitx l-ewwel darba. Harget omm Mel tipprova tippacifika imma kull ma ghamel is-Sur Joli kien li tpastaz maghha ukoll. Tawwal ilsienu. U ma riedx jifhem li ma kellu l-ebda dritt ghal dak li kien qed jitlob ghalkemm kienu lesti jaghmluhielu bhala favur. Imbaghad f’daqqa hareg insult zejjed. Indirizzat lejn Melanie.

Kien hemmhekk li ma flahtx. Kont gdimt ilsieni ghax ma kienx posti. Imma xhin rajtu jitpastaz u jitbellagh quddeim zewg nisa qabzitli. U indhalt. U bil-Franciz tieghi bejn sahna u ohra indhalt. U spjegajtlu li ma kienx mod kif ikellem lin-nies. Izda (f’mohhu) zbaljajt ghax bir-rabja uzajt l-informali “TU” flok il-formali “VOUS”. U qabadli maghha. Qalli li ma kellix dritt inkellmu hekk ghax ghandu sebghin sena. Bil-Franciz ghidtlu li inkellmu kif izzikk irrid u li r-rispett tirbhu bil-komportament u mhux biz-zmien. U li u ma kien haqqu l-ebda rispett jekk johrog jinfoska n-nies.

Ghajnejh qabzulu minn go rasu. Ma felahx. Ipprova isikkitni b’Tais-toi! ghidtlu li jekk irid ikellimni ghandu jindirizzani bil-“Vous”. U hemm bezaqha. Qalli “lanqas inti minn hawn int.” U xammejtha gejja. Staqsejtughala qed jghid hekk. Forsi ma toghgbux il-kulur tal-gilda tieghi? U waqa ghan-nassa il-gifa. Qalli “Je suppose en plus que tu est Musulman”. U infqajt nidhaq f’wiccu l-imzebbel. Ghidtlu li jien gej minn pajjiz ikar Kattolku mir-razza u r-radika tieghu (u ezagerajt ghax ghidtlu f’pajjizi la ghandna d-divorzju u lanqas l-abort – mhux bhaz-zibel ta’ pulptu li minghalih se jippriedka minnu).

S-sur Joli ha pass lura u minn gol”gnien” tieghu qalli li u jista jitkellem kif irid ghax qieghed f’daru. Jien ghidtlu li jien nitkellem kif irrid ghax qieghed fit-triq (fil-fatt kont fuq in-naha l-ohra tal-hajt). Ghidtlu li jekk ma joghgbux il-Franciz tieghi nispjegalu b’liema lingwa irid. Spjegajtlu bl-Ingliz u bil-Malti (ghall-punt). Baqa iccassat u qalli ma jifhimx. Qalli naghlaq halqi ghax hu puluzija irtirat. Ghidltu prosit ghal ghoxx halqek (l-ekwivalenti franciz) u ghidtlu li jien avukat u ghadni nahdem. Spjegajtlu li issa fhimt minn fejn gejja l-injoranza u intolleranza kollha tieghu. Ipprova jkellimni imma ma hallejtux ikompli jinsulta lil kullhadd. Beda jghajjat “C’est la Guerre” u staqsejtu hux se jerga jkollu bzonn l-Inglizi jigu isalvawh. Hallejtu hemm inkazzat jghajjat u jwerzaq fil-pygama. Irrabjat ghax ghandu tort! Irrabjat ghax l-iswed li dejjem jara diehel u hiereg ghand il-girien ma hux mislem u allura ma jistax jaqbad mieghu! Irrabjat ghax jaf li issa kull cans li ghandi nitfa il-karozza quddiemu.

U wara, jien u nikkalma ma stajtx ma nikkuntemplax il-fatt li s-Sur Joli ried jirbah l-argument semplicement billi jittikettani Musulman, iswed u mhux minn hawn. Ara vera r-razzisti kollha l-istess zibel kull fejn tmur. Mur ghidlu li jiena bazané Maltais gej mill-gzira ta’ ghasel u halib ta’ sehibna Lowell. Mur spjegalu li ma jistax ikun razzist mieghi ma jmurx nibaghtlu xi erba tough guys armati bit-tyres tal-karozzi u landa pitrolju.

Hawwadni ha nifhmek xbin.

* R-ritratt huwa ta’ Daphne Caruana Galizia of course u qed jigi riprodott hawnhekk semplicement b’sinjal ta’ solidarjetà mal-opinjonista wara l-eventi ta’ tmiem il-gimgha.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: