Skip to content

Tolleranza

June 8, 2006

Dan l-ahhar fuq il-bloggosfera it-tema hija dik tat-tolleranza. Bdejna il-kampanja favur it-tolleranza bil-hsieb li tkun kampanja pozittiva. Baldu, bloggatur t’esperjenza qisu ma nizlitlux kompletament din tat-tolleranza. Mhux ghax ma jaqbilx mal-kampanja, anzi. Imma skond Baldu il-kelma tolleranza xorta thallilek dik it-toghma hazina f’halqek. Bhal meta’ jaghtuk Kinnie minn tal-magna ta’ wara l-counter… ftit gass u m’ghandu x’jaqsam xejn mal-Kinnie kiesah tal-iXtruppaw. Lil Baldu nifhmu. Ghax logikament it-tolleranza timplika differenza u sa certu punt timplika ukoll nuqqas ta’ qbil fuq xi haga. U t-tolleranza timplika li minkejja li ma taqbilx xorta thalli l-idea l-ohra ghaddejja… thalliha tghix minghajr ma tikkundanna, minghajr ma tkisser, minghajr ma tahraq dak li fl-ahhar mill-ahhar ma taqbilx mieghu.

It-tolleranza ghandha tibda minn hemm. Mill-fatt li inkunu komdi bid-diversitajiet. Li naghrfu li mhux ha naqblu fuq kollox. Li ma nkunux utopici izzejjed sakemm l-utopja ma hix il-possibilità li nghixu lkoll flimkien. It-tolleranza tista’ tfisser ghal bidu li t-toghma qarsa hemm tibqa’. Mhux kollox sabih u fjuri. It-tolleranza twasal ghas-simbijozi. Twassal ghall-isfruttar ta’ dak illi ghandna in komun biex tinbena dinja ahjar. Anki jekk dan jigri b’kumbinazzjoni. Anki jekk dan jigri bla hsieb.

It-tolleranza ghandha tkun naturali. Ma hix favur. Il-fatt li nittollera lil haddiehor ma jfissirx li dan ghandu jibqa’ jaghfuli ghal ghomri. Ma jfissirx li qed naghmel att ta’ karità. Ifisser li jien matur bhala bniedem modern u naghraf ir-realtà moderna ta’ tolleranza u konvivenza.

U fl-ahhar ghal min haseb li K&T spicca bejta tal-hippies tas-seklu elfejn nixtieq inzid li bhalma qalet b’mod fit goff l’avukatessa li tikteb f’Maltatoday, it-tolleranza timplika ukoll rispett ghat-tradizzjonijiet u uzanzi ta’ pajjiz. Tfisser li l-ittollerat u t-tollerant jghixu f’sistema li ghandha metodi u uzanzi taghha u li m’hemmx ghalfejn jitgerrxu f’isem il-modernizmu.

Ghalhekk it-tollerat jintlaqa’ f’pajjiz nisrani b’dejh miftuha. Jintlaqa’ fid-dinja tal-pastizzi tal-pizelli, tas-suf bit-tarzanell u tal-qassatat u qubbajd. Jintlaqa’ bit-trasport pubbliku jitkaxkar u bil-wardens dejjem attenti, bil-kupoli u l-knejjes u l-kazini u l-pupazzi fil-parlament. Jintlaqa’ biex jekk irid jaghzel li jaghmel parti minn din ir-realta’ li tant inhobbu merhba bih. U jekk irid ukoll… belgha kinnie kiesha u borza twistees hadd m’hu ha jichadhielu.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: