Skip to content

Enchanté

June 14, 2006

Il-francizi ghandhom dil haga li meta jiltaqghu ma persuna ghall-ewwel darba jghidulha “enchante‘”. Issa jiena m’ghandi l-ebda problema bil-“Pleased to meet you” ingliza avolja xorta inhoss li daqxejn imbieghda mir-realta’. Ghax nghiduha kif inhi – bniedem li ma tafx minn Adam int u tehodlu b’idejh ghall-ewwel darba… x’il-mnieghel trid taralu biex tghidlu “kemm jien kuntent li ltqajt mieghek”. Anki t-taljani jabbevjawha ghal “piacere” – il-famuza “ghandi pjacir” bil-Malti.

Pero’ din ta’ l-enchante‘ ghadha ma tinzilli vera xejn. Ghadni sallum ninhasad meta niltaqa’ ma ragel u dan jghidli enchante‘. Ghax ghalija enchante‘ ghandha mill-incantato – speci ta’ bellahtni bis-sbuhija jew tajtni orgazmu ta’ pjaciri infiniti hekk kif rajtek. Mhux ezattament l-ewwel haga li tghid lil min jigi. Allura ghadni sallum qisni nehel meta jghiduli “enchante‘” ghax ilsieni ikun mejjet biex jghid xi haga imma ma tkunx f’waqtha u ma tantx jibqghu enchante’ wara!

Forsi din il-haga gibtha mieghi mir-rabja li kont inhoss Malta meta n-nies jghidulek “Kif inti?” u inti tkun taf mill-ewwel li jigu jaqaw u jqumu minn kif inti u li dan huwa kollu small talk. Imma insomma. Enchante‘ forsi jekk nirrepetuha xi erba’ drabiet ohra nibdew nidrawha. Jew forsi jekk insibu ritratt biex inzommuh f’mohhna kull darba nghiduha… forsi forsi tinstema kwazi sinciera.

Sahhiet.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: