Skip to content

Supporters Kbar

June 21, 2006

Photobucket - Video and Image Hosting

Hawnhekk gewwa il-Gran Dukat il-fervur kalcistiku ma naqasx. Huwa minnu li parti l-kbira tac-celebrazzjonijiet wara l-loghob isiru mill-kommunitajiet Portugizi, Taljani jew Inglizi illi hawn. Minkejja l-fatt li hafna minn dawn huma issa Lussemburgizi ad hoc xorta meta jigi ghall-futbol qalbhom ghadha thabbat favur l-pajjiz originali. Ma tistax tlumhom ghax wara kollox l-Lussemburgu daqs tal-gzira taghna tajbin fil-loghba tal-ballun. Dan il-fenomenu ta’ appartenenza lejn art missirijiethom deher car per ezempju meta l-Portugall laghab kontra Lussemburgu gewwa l-istadkum nazzjonali f’Lussemburgu. Stadjum imballat nies. Stadjum jghajjat b’lehen wiehed favur Figo u Ronaldo minghajr misthija u minghajr skizofrenija.

Il-lokali – il-Lussemburgizi ta’ Letzebeurg – m’humiex daqshekk zbukkati. Lanqas naf nghid jekk ghandhomx preferenzi lejn les bleus Francizi , jew lejn ix-xjaten il-homor Belgjani jew lejn l-Allemanni – kollha nazzjonijiet round-the-corner biex niftiehmu. Is-sensazzjoni generali li jaghtuk hija ta’ tolleranza – ghax m’hemmx x’taghmel bhalissa l-World Cup. Imbaghad halli ghall-puluzija dukali tappella ghal-celebrazzjonijiet iktar kontenuti. Tappella biex jekk jergghu jirbhu l-Portugall, s-supporters ghandhom jiftakru li hemm min mhux ezattament ewforiku f’dawn iz-zminijiet. Speci ta’ nittollerawkom tizzablu f’pajjizna imma ftakru dejjem li hawnhekk Letzeburg u hafna ghajjat u frakass ghal bicca ballun tal-gilda jaf jigi ikkunsidrat bhala “breaking the public peace” u anki sahansitra “riotous assembly”.

Ghalhekk meta nhares lejn ic-celebrazzjonijet frenetici gewwa pajjizi – jirbhux il-Brazil, l-Italja., l-Ingilterra jew il-Germanja – qatt ma kont nitkaza. Issa wisq inqas. Ghax ahjar pjacir bil-loghba tal-ballun. Ahjar il-murtali tal-hajja u celebrazzjoni milli l-bard nordiku ta’ pajjiz li kull ma jmur iktar jidhirli bhala l-killjoy ta’ l-Ewropa.

“Supporters kbar” ikantaw tal-Belt. U hekk ghandu jkun. Supporters kbar li jafu jehdew bil-ballun – bix-schadenfreude b’kollox. Ghax hekk ghandu jkun.

Il-loghba s-sabiha. Però wisq isbah bl-ucuh ferrieha, bil-kant u x-xalar…

Illum il-festa taghna naghmlu li rridu!

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: