Skip to content

L-Ghoggieba

June 30, 2006

Kont qed nisma’ il-podcast ta’ kuljum mill-BBC. Illum wahda mir-rappurtaggi specjali kienet dwar is-support tal-futbol fil-Bangladesh. Milli jidher, il-poplu Bangladeshi jinqasam fi tnejn waqt il-Werld Kapp – nofsu jzomm mal-verdeoro Braziljani u n-nofs l-iehor mal-gauchos Argentini. Xtrajt ukoll l-Economist li jaghlaq tal-gimgha li taghlaq illum u artiklu minnhom jitkellem dwar is-support qawwi li hemm ghall-Brazil gewwa l-Lebanon. Beirut tindbidel f’mewga ta’ ahdar u isfar meta jasal zmien it-Tazza tad-Dinja.

Iktar ma naqra dwar dawn il-fenomeni tas-support madwar id-dinja kollha iktar qed jitkisser il-mit li Malta ghandna xi haga specjali. Xi haga unika. Din ta’ Malta maqsuma bejn Inglizi u Taljani b’xi qatriet tedeski, francizi jew braziljani m’ghadhiex tinzilli bhala xi fenomenu uniku ta’ pajjiz b’kumpless ta’ inferjorita’ f’dak li ghandu x’jaqsam mal-futbol. Iktar ma naqra u nifhem iktar ninduna li dak il-famuz argument ta’ “ghax ma zzommx ma Malta? Mela m’intix patrijott?” huwa argument tal-ghoggieba.

L-ghoggieba ihobbu jaghmlu l-ghageb u jistaghgbu. Ghax tal-ghageb l-Ewrovixin u r-reunions mimlijin dmugh televiziv fuq Tista’ Tkun Int! L-ghoggieba ihobbu l-argument null Biscardjan (minn Biscardi) bhal dak li gieli jitkewwes fuq Xarabank. L-ghoggieba x’iktarx jaqrawlek biss l-Orizzont jew in-Nazzjon. L-ghageb ihares lejn il-politika bhala estensjoni tat-tifo kalcistiku u ma jafx jiddifferenzja bejn il-Partit Nazzjonalista u l-FC Hararaw. L-ghageb jaqa’ dejjem ghan-nassa tas-simplifikazzjoni tal-psewdopolitiku Malti. Kapaci jemmen li l-problema tal-imigrant hija l-radix malorum tal-komunita’ u li l-iswed gej minn razza inferjuri.

L-ghageb ma jridx wisq biex tbellhu ghax ga qieghed nofs triq. L-ghageb jiskrupla ghax tkellmu bl-Ingliz. Ma jaghtix kaz il-fatt li taf titkellem daqstant iehor bil-Malti. Ghandu timbru lest ghal dak kollu li hu differenti ghax l-ghageb huwa l-iprem xempju tal-konservatizmu insulari.

U ghalhekk meta jarak ixxejjer dik il-bandiera hadra u safra jew hi x’inhi, l-ghageb dejjem se jitkaza bik, se jinjora realta’ mondjali u jiggudikak bl-ghajnejn tal-ghageb li hu biss (u xi 400,000 ohra) ghandu.

Kull sena, il-Maltin jarmawlek presepju u fost l-ikar figuri popolari li ghandna hemm “l-ghageb tal-presepju”. Dan jirraprezenta lil dawk li baqghu imbellha u bla kliem meta raw l-istilla biblika tieqaf fuq id-dimora tal-bambin Gesu’. Tghama bl-istilla u ma ndunax bl-avveniment inkredibbli li kien qed jigri. Ma marx iqim lit-tarbija. M’ghamel xejn. Kull ma kien jaf jaghmel hu li jistaghgeb. U probabbli l-ghada kont issibu fil-bar ta’ Betlehem jistaghgeb u jtawwal l-istorja (fl-istess stil bhan-Nazzjonalisti kollha li kienu tal-Barrani – l-Inglizi ghandhom cajta dwar is-66. Jghidulek li kieku kull min qal li kien hemm kien qed jghid il-verita’ allura kellhom bzonn xi sitt Wemblies. Huma ghandhom Wembley u l-PN ghandhom tal-Barrani).

Ghaddew elfejn sena’ u l-ghoggieba ghadhom izabbu ma saqajna.

* Nota. Qabel ma jiehu ghalih xi hadd, din il-bloggata ma nkitbet bl-ebda riferenza ghal eventi jew diskussjonijiet li graw fuq il-blogosfera.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: