Skip to content

Turizmu

July 11, 2006


Allura l-Lussemburgu ghandu ukoll industrija tat-turizmu. Mhux li l-Gran Dukat jirreklama ruhu tant bhala pajjiz li jilqghek u x’naf jien. Imma kemm ghax xi kulltant bilfors trid tghaddi minnu, kemm ghax il-kurzità lil kullhadd ghelbet xi darba jew ohra t-turisti dejjem hawn. Il-prezenza turistika fic-centru timmanifesta ruhha bil-coaches li jnizzlu ghexieren ta’ frustiera li jduru dawra mac-centru f’hames minuti u bhal dawk it-turisti li jinqabdu quddiem il-Manneken Pis tisma’ hafna esklamazzjonijiet ta’ “That’s it?”.

Il-belt zghira u l-Lussemburgu fiha hafna iktar attrazzjonijiet. Fin-natura jizbqu lill-Malta b’elf darba. Ghax ahna ghandna l-bahar imma dawn ghandhom widien u hdura inkredibbli. Gholijiet u lakes (ghadajjar?) ixennquk. In-nies ma tantx huma dhulin imma tista’ tinjorahom kompletament. Storja hemm imma mhux xi wahda impressjonanti daqs wahda imballata grajjiet perdipiù go gzira tikka f’nofs Mediterran.

Imma jigu, it-turisti. Però l-ekonomija qisha thares lejhom b’mod differenti. Bizzejjed tara li fl-ahhar ghaxar snin in-numru ta’ Hotels go Lussemburgu naqas minn 369 ghal 292 (naqsu bi kwazi 20%) izda n-numru ta’ sodod zdied bi 12%. Kwazi 700,00 ruh fis-sena joqoghdu gol-Hotels Lussemburgizi (u dan minghajr sforzijiet kbar ta’ promozzjoni) – izda johrog ukoll li n-nies qed joqghodu ghal inqas tul ta’ zmien god-Dukat. U ma tlumhomx. L-iktar nies li jigu apparentement huma l-Olandizi u l-Belgjani.

Ma nafx. Stramba kif pajjiz hekk ckejken li ma joffrix xi affarijiet inkredibbli u minghajr ebda sforz ta’ xejn itella’ dawn il-figuri. U pajjizna bhal donnu iridu ikissru kull m’hemm u jibnu Hotel ghal kull kantuniera biex forsi nhaddmu t-turizmu.

Strambi dal-Lussemburgizi… imma m’hux cwiec ta’!

* ritratt L-Ufficju tat-Turizmu Lussemburgiz gewwa Parigi

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: