Skip to content

Beirut

July 18, 2006

Kont ilni ma nisma’ ahbarha. Kienet cemplitli lejn l-ahhar ta’ Mejju. Hasditni. Qaltli ghandi hafna xi tghidli. Hafna sorprizi. Kienet se tizzewweg. Sabet l-imhabba ta’ hajjitha… Mr. X u li tant kienet kuntenta mieghu li lesta tmur sa’ tarf id-dinja. U s-sorprizi ma waqfux hemm. Qaltli li xogholha ma tantx kien qed itiha pjacir – midfuna fost il-burokratizmi Brusseljani u l-politika tal-kartapesta tal-Maltin. Qaltli li Mr X sab xoghol gdid u eccitanti f’pajjiz zghir imma vibranti u li kienet se titlaq kollox biex imorru flimkien f’dan il-pajjiz gdid ghandu hafna iktar komuni ma pajjizna. Qaltli li ma jimpurtax jekk tispicca ma tahdimx jew issib xi haga zghira li tikkumplimenta dak li kien se jaqla Mr X f’xoghlu.

Nghid il-vera kont ferhan imma hasditni. Minn naha ma tantx tbellaht ghax mis-sena li ghaddejt nixxala maghha Bruges kont naf li fuq taghha u kapaci tasal takkwista dak li trid. Imma l-ghazliet taghha kienu qishom dawru d-dinja taghha ta’ taht fuq… u bellhitni bil-pozitività li kellha go lehena. L-ebda dubju li kollox kien ser imur ghall-ahjar. L-ebda dubju li bidu gdid f’pajjiz gdid kien kull ma jonqos biex tkun kuntenta.

U dak il-hin qisni canfart lili nnifsi ta’ kemm stajt inkun negattiv. Ta’ kemm kapaci nahseb hazin u ninkwieta ghal xejn. Ta’ kemm nivvinta ostakoli minghajr ma lanqas jezistu. U frahitlha u xtaqtilha kull risq qabel ma qtajt. “Keep in touch”. U malli nizzilt it-telefon xorta ma stajtx ma nergax newden darba darbtejn.

Ghax nghiduha kif inhi… li titlaq kollox u tmur tghix Beirut xi riskju fiha…. hekk jew mhux hekk?

* ritratt intitolat “Beirut” mehud mill-gabra ta’ ritratti ta’ lifelaw fuq flickr

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: