Skip to content

Provincjalizmu

July 24, 2006


Kemm indumu nimlew rasna bl-Ewropa Maghquda tal-pajjizi jew tal-gnus, daqstant iehor tibqa’ holma imbieghda mir-realta’ poli-edrika tal-kontinent il-qadim. Minghalina li l-Ewropa maghmula minn dawn it-tletin entita’ politika li – wara li tqatlu u ssieltu ghal generazzjonijiet shah, minn taht il-martell ta’ Karlu sa taht il-kappell ta’ Napuljun, il-handlebar ta’ Bismarck u l-paccu braziljan ta’ taht imnieher Hitler – indunaw li l-ghaqda taghmel il-forza. Ghallinqas hekk kien il-hsieb. Fil-verita’ toqrob iktar lejn moratorium fuq kull “casus belli” possibbli minghajr ebda rieda li imorru lil hinn mill-kollaborazzjoni ekonomika b’xi xintilli socjali kull tant zmien halli isoddu halq min jaqra’ l-European Voice bl-entuzjazmu ta’ qarrej regolari tan-Nazzjon.

Skonti (kif jghidu l-Belt), din tal-Ewropa tan-Nazzjonijiet hija premessa dghajfa. Dghajfa ghax nemmen li n-nazzjonijiet stess ma huma xejn hlief maskra ohra bhall-Unjoni innifisha li tghatti realta’ iktar hajja u vivaci taht il-falsita’ tar-realpolitika’ tal-konfini burokratici mpingija minn despoti u servi tar-re’ jew minn rivoluzzjonarji internazzjonalisti b’aspirazzjonijiet ta’ fraternita’ mondjali. Nemmen li n-nazzjonijiet jostru realta’ provincjali jew jekk irridu regjonali li ghandhom seher emottiv u ta’ appartenenza ferm ikbar fuq il-popli li jghixu fihom.

Ghax biex issir “Franciz” kull ma trid hi li jghaddi ligi Sarkozy u li tghaddi t-testijiet horox li qed jipproponi… imma biex issir Lorraine minn Peltre irid ikollok d-demm Franko-tedesk jigri fil-vini: trid tkun taf taghraf l-ispaetzle (ara ritratt) mill-haricots blanc mgholli, taf iz-zmien meta l-ahjar titfa’ c-ciras fil-pickle, taf tixrob is-Suze bhala aperitif u taghraf l-aqwa zmienijiet biex tgawdi il-Moselle. Biex tkun Lorraine trid tkun Republikan tal-Lvant – dak li jaf li Parigi qieghdha tlett sieghat il-boghod u kuntent li hemm bahar taqsam bejn il-komun ta’ Marly u l-Banlieu de Paris. X’iktarx biex tkun Lorraine tkun daqxejn mohhok mitluq f’dan ir-regjun ta’ imbejjed u choucroute fejn l-ahbarijiet ta’ barra ikunu fuq pagna 33 ta’ l-Est Republicain. Il-Lorraine ghadu konvint li Malta “drapeau de convenience” – ghaxil-Lorraine jahseb f’termini t’ambjent/ekonomija – u f’kif ha jahxi dawk l-erba sussidji mill-Unjoni sabiex illum jithallas biex jizra, ghada jithallas biex jahsad u pitghada jithallas biex jarmi diskretament dak li thallas biex jizra’ u jahsad.

U tista’ tibqa iddum ghaddej. U bhall-Lorraine stajna naqbdu Co. Derry go l-Eire, Aberdeenshire go l-iSkozja, Cornwall go l-Ingilterra, l-Andalusia Spanjola, il-Brabant Belgjan, il-Bavarja tedeska (bis-subplots kollha taghha) jew il-Piemonte taljan. U mhux biss. Xi drabi regjuni ma jirrispettawx konfini li tefa’ burokrata kafkjan go xi ufficju skond regolamenti regolamentati regolamentatament (laqqas Catarella!). Hemm regjuni jobzqu fruntieri interni. Ohrajn maqsuma bejn pajjiz u iehor. Ghax ir-regjuni huma l-gheruq. Minn fejn forsi ghandu jibda kollox. Minn fejn forsi l-kwistjoni ta’ x’inhi l-Ewropa u fejn trid tmur ma tibqax mistoqsija.

U f’wiehed mir-regjunijiet l-iktar l-isfel ta’ l-Ewropa l-Gdida ikun hemm ukoll dawk in-nies li meta’ jiefqu biex jitrejqu kwarta ma jsibu xejn ahjar milli belgha kinnie u ponn twistees.

* ritratt spaetzle – pasta tipika regjonali (Lorraine/Alsace/Lussemburgu/ partijiet Tedeski) li tittiekel generalment bhala akkompaniment ma’ xi steak (tghidx jaqq… ghid koz!)

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: