Skip to content

manifest(i)

August 17, 2006


Waqt li kont Malta inzerta’ hareg ktieb tad-dar ta’ pubblikazzjoni gdida Choppy Books – “Il-Manifest tal-Killer”. L-awtur huwa l-habib tieghi Karl Schembri li sar ghandu curriculum daqs qartalla. Lil Karl sirt nafu sewwa fil-perijodu li ghaddejna flimkien bhala l-aspett xellugi tal-iStudenti Demokristjani Maltin. Dik kienet parentezi, jew sulluzzu, li forsi l-SDM qatt m’hi ha terga’ tara bhala ghaqda. Ftakart hafna f’dawk iz-zminijiet meta qrajt xi riferenzi ghal attivisti li kien hemm fil-ktieb – specjalment l-argumenti ultra-teoretici u astratti li kien kapaci johroglok bihom biss membru tal-grupp anarko-komunista Graffiti.

Dwar il-ktieb nikeb fi bloggata ohra. Ghalissa xtaqt inwissi lill-ftit nies li jaqraw dan il-blogg u li forsi jithajru jaqraw il-ktieb li lejn l-ahhar tal-ktieb is-segwenza tal-pagni tithawwad darba u trid tinqara’ hekk 209 – 211 – 210. Zball tal-printer (tebbiegh?) li jaf itellef mill-pjacir jekk ma tkunx imwissi – specjlament ghax l-ghelt qieghed lejn l-ahhar.

Nista nimmagina lil Karl jirraguna ma xi hadd minn tac-Choppy Books… “Hxejtuli l-ending qalla… biz-zobb ta’ zball.” U x’ma tidhakx. Prosit Dakota.

* ritratt: Qtil simulat tal-Lead Singer tal-Grupp Shostakovich’s Nightmare. X’ghandu x’jaqsam? Dahhaltu ghax naf li l-No.1 Anti-Fan tax-Shostakovich huwa appuntu l-kugin ta’ Karl. Ghax id-dinja zghira.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: