Skip to content

Folklor Urban

August 21, 2006

Ilni bi hsieb li nikteb sensiela ta’ stejjer qosra bil-malti. Qatt ma rnexxieli inpoggi u nharbax erba’ kelmiet. Fl-ahhar irnexxieli nikteb wahda u xtaqt naqsam din l-esperjenza maghkom. Tistghu tqisuha bhala prova generali. Iddecidejt li insemmi s-sensiela “Folklor Urban ghas-Seklu Wiehed u Ghoxrin”. Ghalkemm it-tema generali ghada mhix fissa hsibt li nghaqqad ghadd ta’ stejjer li ilkoll ikollhom moral. B’differenza. Id-differenza hi li l-moral li titqieghed fl-ahhar ta’ l-istorja tkun tat-tip li ggieghel lill-qarrej jghid “X’ghandu x’jaqsam?”

X’ispirani? Forsi il-mod kif ahna ghandna habta niggudikaw malajr u nwahhlu proprju f’dak li m’ghandux x’jaqsam. Forsi it-tema li perennament tittikani – l-inabilta’ tal-Maltin li jaghrfu l-inadekwatezza tal-mod kif inmexxu pajjizna, kif niehdu hsieb pajjizna – tinstab mistura f’dan il-moralizmu falz. Kif it-tort dejjem ta’ xi haga li fl-ahhar mill-ahhar, jekk ngharrxu sew nindunaw li m’ghandhiex x’taqsam.

Jien ha nitfa’ l-ewwel storja. Huma daqxejn twal ghall-blog imma l-ghan ahhari ma jinstabx hawn imma forsi fil-karta stampata. Ghiduli x’tahsbu.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: