Skip to content

Schuberfoer

September 5, 2006


Gewwa id-Dukat waslet il-Festa. Il-pjazza tal-Glacis m’ghadhiex parking ghall-elf-u-wiehed karozza li s-soltu ikunu ippakkjati hdejn xulxin b’xehta ta’ cimiterju tal-magni. Minflok il-karozzi hemm gostra kontra gostra. Il-fuq minn mitt gostra differenti ghal min ihobb igawdi mis-“sudden rush of blood to the head”. Gostri li jdawruk rasek l-isfel, gostri li jixhtuk hesrem lejn l-art, gostri li jibghatuk fl-arja b’ghaggla inkredibbli. Gostri fejn it-twerzieq, il-qtugh ta’ nifs, l-emozzjoni, il-pipi fil-qalziet u r-ramettar isiru haga wahda. Fejn il-limiti umani ta’ rezistenza jissarfu fi pjacir allucinanti. U bejn saqajn dawn il-gganti mekkanici hemm kull xorta ta’ kjosk. Gelati u gauffres (galletti), zalzett u kebab.

Il-Lussemburgu waqfet. Ghal ghaxar’t ijiem ta’ heden u genn ic-centru tal-attenzjoni tad-Dukat ghazzien huwa proprju ix-Schueberfouer. Nies jipparkjaw mili l-boghod u jaqbdulek il-minibus li tnediet attalapposta. Min jonfoqlok mijiet ta’ ewri f’loghob bl-ixkubetti jew bil-qaws biex forsi jiehu lura xi trofew prestiggjuz bhal forsi xi pelouche (soft toy). Min jippreferi il-kjosk tal-birra u fruit de mer (frott il-bahar). Min lewa ghonqu wara lejl ihares il-fuq jara t-twerzieq ta’ dawk lawdaci li jaghzlu li jittantaw il-limiti taghhom u jirkbu xi gostra. U r-regina tal-gostri tibqa’ ic-cirku t-tond li jtellghek hemm fuq, kwazi tmiss mas-shab u tgawdi l-veduta tad-Dukat tahtek.

U nhar-il hdax tax-xahar jaghlqu l-festa b’pompa u maesta’. Loghob tan-nar minn fuq il-Pont vertiginuz imsemmi ghad-Dukessa Charlotte (incidentalment hemm tip ta’ patata bl-istess isem!) ikun il-kulminu tal-genn kollu. Kullhadd ikun kuntent. L-adrenalina tieqaf tiggerra fil-vini u ningabru ghal xitwa kwieta u ibernazzjoni obbligata.

U dawk l-erba imgienen dilettanti tal-festa ikunu ga bdew jippreparaw ghal sena ohra. Meta l-gganti u l-ghajjat jergghu ikunu fosta u meta l-loghob tan-nar jerga jimla s-sema bil-kuluri kalejdoskopici.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: