Skip to content

Djaletti u Lingwistika

September 10, 2006


Il-bierah kont qed nilghab il-biljard ma xi hbieb u hin minnhom spiccajna nitkellmu dwar il-Lussemburgizi. Owen skopra illi gewwa l-Lussemburgu jezisti fenomenu simili ghal wiehed li jezisti Malta. Mid-dehra hawn Lussemburgizi li jafu jitkellmu biss bil-Franciz u ma tantx ihobbu jaqilbu ghall-lingwa materna. Jinghad ukoll (ghax s’issa dan huwa kollu detto del detto) li meta xi hadd minn dawn jazzarda jiftah halqu bil-Lussemburgiz jingharaf minn mili l-boghod minhabba l-accent tieghu. Tajba din… anki go Lussemburgu hawn tal-Pepe’.

U din ta’ l-istigma tal-pepe fakkritni f’argument iehor li kelli dan l-ahhar. Uhud minn fostna l-Maltin ta’ Lussemburgu indunajna li meta inkun grupp imhallat – Maltin u mhux – hemm maggoranza kbira fostna li ma jaghmlux sforz jitkellmu b’lingwa li tkun komuni ghal kullhadd. Personalment din in-nuqqas ta’ krijanza tqazzizni. Anzi tqallani. Filfatt sirt bla ma rrid nevita li nkun f’postijiet fejn hemm cans kbir li issir din il-pastazagni.

Forsi mhux qed tifhmuni. Din il-haga tigri meta ikun hemm talanqas persuna wahda li ma titkellimx bil-Malti. Erhilhom ipacpcu f’wiccha qisu m’hu xejn. Ghalxejn tigbed l-attenzjoni ta’ dawk prezenti li mhux kullhadd ghandu l-unur li jpacpac f’ilsien Vassalli ghax wara xi sforzi b-ingliz imfarrak jergghu jaqilbu ghall-Malti. Jiddispjacini ghax hafna drabi dawn huma l-istess nies li meta jaqbdulek dwar ‘tal-pepe’ u kemm huma injuranti erhilhom jinsultaw. Erhilhom jghidu li imisshom jisthu l-iSlimizi u ‘dawk mimlija inglizati’. Basta huma jafu jitkellmu bil-Malti. Ghax dak l-importanti xbin (u forsi jitfghulek xi dawgha bhala enfasi).

Imbaghad tasal ir-ridikolagni ta’ gustifikazzjoni: “Mhux Malti jien? mela Malti nitkellem.” X’injoranza jahasra. Il-lingwisti estremisti waslu biex holqu alibi bazwija ghall-barbari. Il-“barbaroi” dawk li ma jitkellmux hlief ilsienhom u jostru l-injoranza taghhom u l-biza taghhom ghall-ftuh wara premessa falza ta’ patrijottizmu.

Ghax jien kburi li Malti. Kburi li naf nitkellem b’ilsien pajjizi u bl-ilsien li taghtni ommi. Ghax ma nhosx li qed nigri wara l-ilsien barrani jekk naghmel sforz nuza lingwa li biha jista jikkomunika xi hadd prezenti. Ma nhossx li qed nnqos mill-fedelta’ lejn il-gbejna u l-pastizz jekk ghal xi mument naqleb ghall-ingliz u l-franciz jew it-taljan.

Hekk jew mhux hekk?

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: