Skip to content

Pre-Gudizzji

September 20, 2006


Ghogbitni hafna l-iSlovakkja. Proprjament ghogbitni Bratislava, ghax mill-iSlovakkja kollha lilha biss rajt. Mort hemm ghat-tieg ta’ Frank ma’ Linda. Li kieku ma kontx mistieden ghal dan it-tieg ma nafx kemm kont immur Bratislava – u x’hasra kienet tkun. Vjagg qasir minn Lussemburgu sa Bratislava. Jittawwal ftit ghax trid taghmel siegha u nofs karozza sal-mitjat ta’ Hahn gewwa l-Germanja. Incidentalment, il-mitjar ta’ Hahn huwa xempju inkredibbli tas-successi li l-ajruplani tal-vjaggi irhas jafu jgibu. Minn l-ahhar li mort kiber l-ajurport, zdiedu l-hwienet u qed isiru hafna xogholijiet fil-parkings.

Bratislava ukoll. Ajruport zghir izda efficjenti. Il-problema tal-mishutin taxi drivers issibha kullimkien u avolja l-prezz tar-rikba huwa medjokri ghal hejn bliet ohra Ewropej xorta tinhasad meta tinduna li driver qed jipprova jehodlok darba u nofs il-prezz normali biex tmur mill-ajruport sal-lukanda. Imisshom jaghmlu direttiva dan ta’ l-Ewropa – “D-Direttiva 23 tal-2006 dwar l-eradikazzjoni tat-taxis fl-Ewropa u l-implimentazzjni ta’ sistema gusta, ekwa u ekologika bhala mezz ta’ trasport”.

Imma lura ghall-Belt. Kelli hafna pregudizzji dwarha. Ghandi iktar hbieb Ceki minn Slovakki. U c-Ceki qishom ghandhom tant bokka kbira b’dik Praga tal-Pont u l-Kastell li erhilhom imaqdru c-cokon tal-pajjiz tal-kugini taghhom. Jghidulek li l-iSlovakkja ma hemm xejn u li l-iSlovakki poplu lura. U b’hekk tinbena pregudizzju. U forsi minhabba l-ahhar vjagg tieghi fiz-zewg ajjizi ftakart fic-Ceki arroganti u razzisti li kont iltqajt maghom fis’96 u fl-iSlovakki li kienu ghadhom ma farfrux t-trab kommunist min fuq spallejhom.

Izda xejn minn dan kollu. Go Bratislava hassejtni komdu. Belt daqs dik ta’ Lussemburgu (ghallinqas il-parti pedestrijana) u migbura sew. Veru m’hemmx bizibilju monumenti u landmarks izda hemm bizzejjed irkejjen x’tiskopri, hallew bizzejjed xhieda tal-passat li tgawdi l-belt ma kull pass. Ir-ristoranti u hwienet jilqghuk b’menus inkredibbli u bi dhulija li ma niftakarx naraha gewwa Praga. Ghalhekk il-Hadd filghaxija l-ahhar Kafe go ristorant b’dekor kommunist fuq id-Danubju nizel ghasel u r-risotto gewwa Medusa kien ta’ barra minn hawn.

Indunajt li l-pregudizzji li holquli c-Ceki kienu ibbazati fuq deskrizzjoni mghawwga. Qiseu meta MAlti jkun jirrakonta dwar Ghawdex lil barrani. Dejjem ikun hemm l-istess reazzjoni wara – “It was nothing like they told me”. Ghax il-pregudizzji jinbnew fil-mohh. Huma kundizzjoni stramba ta’ finzjoni mahluqa sabiex nippreparaw ruhna ghal dak li ma nafux. Jew inkella qieghdin hemm ghax hekk iddecidejna li ha nippercepixxu dak li ha niltaqghu mieghu. Bhal ma jghid isimhom il-pre-gudizzji huma gudizzji minghajr ma inkunu informati bizzejjed. U qatt ma huma tajbin.

U waqt li kont Bratislava qrajt dwar pregudizzju iehor ikrah li se johloq hafna problemi. Id-dinja Musulmana qamet inkorlata kontra Benedittu. Dan kollu ghax hadd ma indenja ruhu jaqra d-diskors tal-Papa. Jien qrajtu. Fhimt li kien diskors dwar dwar ir-raguni u r-religjon. Dwar kif ma hemmx lok ghall-vjolenza ir-religjon. Il-Papa kien qed jibda dibattitu intellettwali. Ghal darba il-Knisja Mqaddsa Kattolika ma kenitx qed titratta lin-nies ta’ cwiec li jibilghu r-ross bil-labra. Ma kentix qed titkellem b’editti u kmandamaneti imma bi stedina ghad-diskussjoni u djalogu sabiex in-nies ta’ kull kredu jindunaw li ma hemmx post ghall-vjolenza fir-religjon.

Hadd ma ta kaz l-istedina. Ippreferew jisiltu citazzjoni li ghamel il-Papa (biex juri l-izball tal-pregudizzju) u jitfghuha bhala titlu fil-gurnali. Ghamluha b’mod li jidher li l-Papa al dawk il-kliem hu stess u jemmen fihom. Li vera m’ghandux x’jaqsam. Imma l-Al Jazeera u s-CNN huma x-xerrieda tal-pregudizzji primi. Jiddeterminaw l-lenti li minnha se naraw id-dinja. U ghalhekk issa l-Misilmin iridu l-Papa jitlob skuza ta’ xi haga li ma ghamilx.

Ghalhekk biex juru kemm hu giddieb il-Papa Garrej tal-Krucifiss meta jghid li l-Islam huwa vjolenti dawn l-erba bciecen li jibilghu kollox qed jgheddu vjolenza estrema fuq l-Papa, il-Vatikan, Ruma u d-Dinja Insara.

U ahna min ahna biex niggudikaw?

(ritratt: Statwa barra l-Katidral ta’ San Martin)

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: