Skip to content

Maastricht

September 29, 2006

Sejjer Maastricht ghal tmiem il-gimgha. Se mmorru nghaddu jumejn go din il-belt fir-regjun ta’ Limburg gewwa l-Olanda. Proprjament ma sibtx lukanda vojta gewwa c-centru. Xtaqt immur gewwa il-La Colombe fejn kont qghadt fis-sena elfejn izda kien mimli. Se nkunu noqghodu Kerkrade – bejn Aachen u Maastricht.

Tinteressani Maastricht. Ma hijiex biss il-belt tat-Trattat. Ghandha storja twila li gejja minn zmien ir-Rumani li bnew pont hemmhekk – it-Trajectum ad Mosam. It-tradizzjoni kalcistika ma hix xi wahda kbira u forsi ftit semghu bl-MVV Maastricht. Iktar hemm cans li semghu bit-tim tal-post fejn ha noqghod – ir- Roda JC Kerkrade.

Ftit boghod minn Maastricht hemm Aachen, jew Aix-la-Chapelle. Bi hsiebni nghaddi s’hemm ukoll biex nara t-tomba ta Karlu Manju. Tant biex inkompli t-tema kalcistika irrid insemmi l-Alemannia Aachen, tim li issa jimmilita fl-ewwel divizjoni germaniza. Fuq in-naha l-ohra, lejn il-punent ta’ Maastricht hemm il-Belgju u Liege. Forsi nghaddi ukoll sal-pajjiz tal-iStandard jekk ikolli hin. Insomma dawra tajba fejn niekol ftit fritjes u forsi anki xi ftit frikandel kif suppost. Il-kilba ghall-fast food fjammingo/olandiz ma tbatti qatt.

Nittama li t-temp ikun tajjeb u li nkun nista’ niehu ritratti sbieh ghax rega gie l-aptit tal-isnapshots. Se nkun hemm max-xih u ma’ Melanie. Nerga’ lura l-Hadd. Saghtejn sewqan kollox.

Hallejtkom. Ghal ftit jiem se nipprova ngheda fil-frites u frikadel flok fil-kinnie u twistees.

PS: Fil-Gazzetta dello Sport tal-llum (verzjoni onine inezistenti minhabba strike) irrapurtaw illi gewwa Università go Ruma issa hemm credit dwar Geografia del Calcio. Dan il-post tnebbah xi ftit jew wisq minn din l-idea.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: