Skip to content

Stat Kostrutt

October 4, 2006

It-Tverna ta' Belair

M’ilux Mark silifni kopja ta’ “Tghallem il-Malti f’Ghoxrin Lezzjoni”. Qabzitli naghmel zbalji ovvji jien u nikteb il-Malti u ghidt li forsi b’dan il-ktieb hdejja inkun nista’ noqghod iktar attent. Dalghodu ftaht il-ktieb ghall-gharrieda u sibt silta li laqtitni. Kienet silta proza mahsuba biex taghti ezempju ta’ l-istat kostrutt. Ghogobni hafna il-kontenut – lil’hinn mill-istat kostrutt. Hawn hi ghal min jinteressah:

It-Taljani ghandhom qawl li jghid illi bniedem li ma johrogx minn art twelidu jkun twieled go sorra u miet go senduq. Hekk hu tabilhaqq. Bniedem li ma jafx hlief nies gensu u ma jafx hlief ilsien pajjizu u drawwiet niesu, ikun inghalaq fih innifsu, ma jkollu ebda esperjenza ta’ kobor u gmiel artijiet ohra, u ma jkunx zviluppa l-fakultajiet tieghu intellettwali.
(Tghallem il-Malti f’20 lezzjoni, pag. 52, l-1 ed. 1982)

***

Il-Maltin go Lussemburgu, dawk li harbu minn-nassa (Hemm Prepozizzjonijiet li jinghaqdu ma’ l-Artiklu. Ezempji: bil-; fil-; sal- (…) mill-; allura minn-?) tas-sorra u s-senduq, ma jghixux hajja bhal ma nisthajjel li jghixu l-Maltin tal-Awstralja. M’ghandniex xi komunità li taghmillek xi festa bil-vara jew xi laqgha tombla u ghana gewwa xi komun. L-aggregazzjoni tal-Maltin xorta tezisti. Ma hix haga hazina ghax kull nazzjonalità li hawn f’Lussemburgu topera b’dan il-mod xi ftit jew wisq. Imma niltaqghu b’mod kazwali. Daqqa tiltaqa’ mat-tali u daqqa ma iehor. Xi kulltant jiltaqghu gaj Maltin. Bhal meta iccempel lil xi hadd biex tmur ghall-breakfast s’ghand il-“Maybe Not Bob’s” u sakemm tasal hemm minn tnejn tkunu sirtu ghaxra. Kullhadd mal-mejda jirrakkonta x’gara matul il-gimgha li ghaddiet u liema bargains hemm bhalissa jew kif tbiddel il-vignette tal-karozza.

Jien m’ghandi l-ebda nostalgja ghal xi forma iktar organizzata tal-komunità. Iktar xtaqt li ikollna pub regolari fejn tiltaqa’ minghajr ma taf u tixrob xi haga flimkien. Pub li jkun il-Home Away from Home. Li forsi ghandu televixin u li kulltant jgibilna xi haga minn tad-dar. Fejn naf, forsi xi Kinnie u pakkett Twistees. Sal-bierah kont ghadni infittex. Imma l-bierah mort sat-Tverna ta’ Belair ma’ Brian u l-pa. Gie d-diskors mas-sid dwar dan il-vojt illi ghandnau hadt gost meta wiegbet li lesti jadottaw il-komunità Maltija.

Issa ghandna d-dar il-boghod mid-dar. Jonqos nara kif ha naghmel biex nordnaw ammonti industrijali ta’ Kinnie u Twistees. U li norganizzaw l-ewwel Quiz Night Maltija. Ejja ha mmorru!

(ritratt: it-Tverna ta’ Belair – mill-gemb mehud minn Mappy.com)

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: