Skip to content

Il-Mewt

October 26, 2006

“Ara gej il-mewt ghalik biex jaqlik….”

Il-folklor Malti, bhall-folklor ta’ kull pajjiz iehor, huwa mizghud bi stejjer u tradizzjonijiet dwar il-mewt. L-istorja ta’ pajjizna tibda’ bic-celebrazzjoni ta’ bosta riti – tlugh ix-xemx, l-equinox (ekwinoss?), il-hajja, ir-rebbiegha u l-mewt. L-ewwel bnedmin li grew fuq kull art ftit damu biex gharfu ic-cirku tal-hajja u l-mewt – it-twelid fir-rebbiegha sal-mewt fix-xitwa u l-qawmien fir-rebbiegha ta’ wara. Il-kult tal-hajja u mewt ma bediex mal-insara izda beda’ hafna qabel.

Mingel il-mewt jidher kuljum fl-ahbarijiet li jhabbru mwiet madwar d-dinja u iktar qrib taghna. Izda lilna ma jolqotniex skond id-distanza geografika imma skond kemm hu qribna dak li jkun ghadda lejn id-dinja l-ohra. Huwa f’dak il-mument li nieqfu nirreflettu dwar il-mewt u x’se jigri wara. Jekk ghadux qed ihares lejna dak li ghadu kif hallina. Jekk hemmx hajja ohra wara din. Jekk il-qraba li telqu qablu kienux hemm jilqugh meta wasal.

U t-tradizzjonijiet ifuru madwar id-dinja – l-Egizzjani li qaflu l-mejjet flimkien mal-possessjonijiet tieghu, il-Vikingi li difnuh flimkien mal-armi u beni tieghu ghal godiment futur gewwwa Valhalla (mal-Valkiri), l-Jannissarju li kien jissielet bit-tama li hu ukoll imur fl-ewwel genna fejn isib il-harem ta’ nisa lesti jtaffulu kull dieqa (imma hadd qatt ma saqsa lil dawn in-nisa jekk ridux ikunu parti mill-istess destin?), in-Nisrani li jemmen li niltaqghu kollha gewwa l-Wied ta’ Josaphat sabiex tinqata’ x-xorti taghna, u l-flus li jitqieghdu fuq ghajnejn il-mejjet f’hafna kulturi sabiex ikollu biex ihallas il-passagg ghad-dinja l-ohra. Kurjuza li mal-mewt tal-persuna inkunu irridu naccertaw ruhna li ghandu kull ma kellu bzonn biex jasal fejn ghandu jasal.

***

Illejla nitlaq lejn Etain – villagg zghir gewwa Franza. Sejjer nsellem lil Eugene ghall-ahhar darba. Lil Eugene m’ilnix nafu. Forsi sena u xi ftit. Li naf li kien bniedem ferriehi. Wicc li thalltu kemm ma Churchill kif ukoll mal-Papa Gwanni II. Iltqajt mieghu meta’ kien qabez it-tmenin. Ghall-ahhar celebrazzjoni ta’ gheluq sninu tajnieh ritratt tal-familja go frejm sabih. Kont kuntent li anki jien qieghed go fih. Kien laqaghni go familtu minghajr problemi. Ma kellu l-ebda inkwiet ghax jien barrani go Franza. Wara kollox fis-snin tletin kien ghamel l-istes vjagg hu ukoll. Minn Krakovja ghal Franza. Lahaq ezatt il-gwerra fejn – kien jirrakkonta b’dahqa – zgicca l-konfront ghax il-kumpanija tas-suldati li kien fija spiccat mghaffga bejn it-tankijiet Germanizi u l-fruntiera Svizzera. U spicca gewwa l-iSvizzera ghal tul il-konfront go Kamp ta’ Rifugjati.

Niftakar l-aptit li kellu Eugene meta kien jiekol. Ma tobsorx li ghandu iktar minn tmenin sena. Mhux ghall-ikel biss imma anki ghal dik it-tazza inbid abjad li kien ifittex qabel l-ikel (proprjament kien ifittex it-tieni wahda ukoll imma Marcelle, martu, kienet twaqqfu hemm). Kellu memorja inkredibbli. Jiftakarlek episodji minn hajtu sa’ l-icken dettall. Imma l-iktar li kien jolqotni kien il-fatt li dejjem kien burdata tajba. Bniedem ferriehi li kien gharaf li din id-dinja ma baqaliex x’toffri hlief il-pjaciri z-zghar li huma l-ikbar pjaciri. Tazza inbid, ikla mal-hbieb, gurnata xemx tal-harifa, in-neputijiet u t-tfal. Ma kont tara qatt xi tip ta’ garr. Kien jistaqsi dwar affarijiet ta’ zmienna b’kurizta’ u minghajr dak il-hjiel ta’ disgust li jaf ikollhom certi anzjani meta jitkellmu dwar “il-modern”.

Inhossni ixxurtjat li ltqajt mieghek Eugene. Ghada gej insellimlek ghall-ahhar darba. Gej niehu sehem fic-cerimonja li qieghda hemm biex twennes lilna li ghadna hawn u mhux lilek li tlaqt. Ghax jiena zgur li l-wens li diga kellek hawn sibt hafna iktar minnu fejn tinstab issa.

Aghtih Mulej il-mistrieh ta’ dejjem.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: