Skip to content

Folklor Urban ghas-Seklu 21 (III)

November 5, 2006


Numru tlieta: Kuluri ’83

Il-hoss tax-xita issammar mat-twieqi u tar-rih ivenven fil-btiehi tad-dar kienu l-ghaxqa tac-ckejken Momu mgeddes ghall-wens ta’ kamartu u mitluf ihares lejn il-qtar itellqu mal-hgiega tat-tieqa. Kien ghad baqa’ gimgha ghal jum gheluq sninu u minkejja kull sforz kien ghadu ma skopriex x’rigal kien be hsiebhom jixtrulu l-ma u l-pa. Tmien snin mhux cajt. Issa kien qed jikber. Peress li illum btala tal-iskola kien se johrog idur ma missieru jaghmel il-qadjiet. Minn mument ghall-iehor kien qed jistennih isejjahlu. Kien ga libes it-tracksuit il-gdida u z-zraben tas-Sanga godda fjamanti. Kullhadd kellu bhalhom l-iskola – barra Alfred – li kellu par Adidas zur minn hawn. Imma Alfred bin is-segretarju privat tal-Ministru tat-Trasport – dak anki televixin bil-kulur ghandu d-dar u l-uniku abjad u iswed li jara huwa fuq il-gear ta’ Platini u Boniek meta’ jiskurjawlek xi goal fuq grawnd lewn hadrani.

Momu l-grawnd hadrani kien rah biss ta’ Qali meta l-pa kien hadu jara Malta kontra l-Germanja tal-Punent. Xi pjacir dakinhar meta kien ghajjat “Malta! Malta” b’idu ixxejjer il-hot dog fl-arja u l-ketchup toghma ta’ hall niezel izellegg mal-komma. X’ekstasi meta’ skurjaw il-Maltin bis-salib ta’ Malta fuq sidirhom. U l-ghada l-iskola jirrakkonta l-istorja tal-gowl ghall-elf darba qiesa kienet l-ewwel darba.

– Tlaqna Momu? Ilbes il-gakketta ghax ix-xita. U tinsix iggib xi haga x’taqra ghax ghandna x’nistennew dalghodu il-Ministeru.

Lehen missieru qajmu minn nofs raqda li kien fiha. Hataf l-anorak minn fuq is-sodda u l-“Bumper Beano edition” (1975) li kien xtara minn xi fiera tal-kappillan ta’ Marsalforn u lebbet lejn il-bieb ta’ barra fejn il-pa kien qed jistenna bic-cwievet f’idu u l-bagalja tax-xoghol. Barra r-rih kien qabad sew. Girja sal-karozza. Il-pa kellu jerfghu biex jaqbez l-ghadira ilma li kienet iffurmat fit-triq. Triq San Gorg kienet iktar qisha xmara. Xejn gdid. Fid-Datsun il-kesha kienet ghadha regina u l-ebda sistema ta’ heating ma kienet se twassal ghal xi temperatura ideali. Momu dar lejn it-tieqa u iggosta n-nifs tieghu jtappan il-hgiega sakemm telqu u qabdu t-triq lejn il-Belt.

Il-muzika ta’ Clayderman alternata mal-hsejjes regolari tal-wajpers tal-karozza ghenu biex il-kwarta sewqan ghaddiet malajr. Hallew il-karozza fil-parking tas-soltu, hdejn Agius & Agius fit-tarf ta’ Triq Nofsinhar. Ma kenux se jidhlu fil-hanut tal-kotba illum. Dak id-delizzju kien rizervat ghall-mawriet il-Belt mal-ma li kienet tieqaf taghzel kotba ghall-iskola sakemm Momu kien jiekol kull qoxra bil-hars u johlom li xi darba ikollu librerija shiha d-dar. Grew minn kenn ghall-iehor tat-toroq b’Momu isegwi ir-riha tad-Du Maurier eternament imqabbad f’idejn missieru.

Waslu l-Ministeru fl-ahhar – it-tnejn b’xaharom iqattar u jsabbtu saqajhom fuq it-tapit mikul fl-intrata. L-messaggier staqsa xi xtaqu u l-pa gewdwed xi haga dwar permessi u televixins. L-interess ta’ Momu fil-qadja tallum zdied mhux ftit. Televixin? Ma naghmlux mod li dak il-leaflet tal-Grundig fuq il-mejda tal-kcina ma kienx qieghed hemm ghalxejn? Momu haffef il-pass ghal wara missieru. Kellhom jistennew fil-Waiting Room. Kamra mitluqa riha ta’ umdita’ u tindif ta’ kaf kaf. L-ebda siggu ma jaqbel ma’ l-iehor. In-nies ta’ gol-kamra kollha mitlufin go hsibijiethom probabilment jirragunaw dwar liema qaddis l-iktar li jista’ jghinhom fit-talba taghhom ghand il-Ministru iktar tard.

L-istennija ma kenitx qasira. Imnalla kien il-comic. Izda fl-ahhar dahal messaggier li sejjah isem missieru. Is-sottosegretarju ta’ l-ewwel segretarju tas-segretarju privat (ifisser li ghandu skrivanija tieghu u anki kamra ghalih) issa seta’ jarah. Dahlu fl-ufficcju. Is-sottosegretarju Delia kien bilqieghdha wara l-iskrivanija. Quddiemu kellu l-kikkra kafe’ li kien ihobb jordna minghand il-messaggiera kull meta tizvojta. Mhux ghax ihobb il-kafe imma ghax la ghandek poter fuq xi hadd iehor f’dan il-pajjz ahjar tuzah. Iktar u iktar meta dak li jgiblek il-kafe kien l-ghalliem nazzjonalist li inghata transfer wara li sabu ritratt tieghu fuq quddiem ta’ protesta ta’ dawk iz-zibel il-blu.

Il-pa kien qabad dik l-attitudni reverenzjali li kellu s-soltu f’okkazjonijiet bhal dawn. Ghaxar snin ta’ amministrazzjoni socjalista kienet darriet il-poplu s-sitwazzjoni paradossali ta’ kif ghandu jigdem ilsienu u jilghaq fl-istess hin. Bongu Sur Delia tiela’ u Kollox Sew Sur Delia niezel. Momu ma setax jemmen li dan kien l-istess Delia li missieru kien semma fil-bata mhux ftit xi jumejn ilu meta kien gie Frankie tad-dawl id-dar dwar xi problemi fil-meter.

Ghajnejn Momu studjaw il-procedura kollha fid-dettal. Il-paroli fil-vojt dwar il-mara u t-tfal. Il-problemi amministrativi kollha li beda johrog bihom Delia. It-taxxa fuq it-tv, il-problemi tal-interferenzi fis-sistema ta’ radju tal-pulizija ikkawzati minn dawn il-markingenji godda maghrufa bhala “remote controls”, il-kwota ta’ televixins (skond l-estimi tal-budget tat-82) u l-lista ta’ stennijja ghall-permessi. Ma kull problema li semma Delia il-pa kellu biss kliem ta’ qbil. Imbaghad qisu d-diskussjoni isserjat.

Mill-bagalja tax-xoghol il-pa hareg munzell formoli mimlija. Delia hares lejhom imma qisu baqa’ jistenna xi haga ohra. Momu ma fehemx wisq sakemm ra l-flixkun Johnny Walker hiereg minn gol bagalja. Flixkun Whisky? X’kellu x’jasqam mal-formoli. Mhux biss. Imma hariglu anki envelopp b’xi flus, trabixu tal-inbid u erba place mats tal-birra. Dan x’tahwid hu. Delia tbissem. Ma tkellem xejn. Hataf l-affarijiet u fetah armadju li kellu warajh. Ghajnejn Momu lemhu tezor shih. Basktijiet, zraben tal-alakka, zraben tal-futbol, cikkulati, gizirajjen u elf haga ohra li qattt ma kien ra fl-ebda hanut. Ghajnejh kienu wehlu fuq loghba elettronika ghat-tfal bhal ma’ kellu Alfred l-iskola imma f’daqqa wahda hass il-harsa canfiera ta’ missieru twissiegh li ahjar qisu ma ra xejn.

Delia sakkar l-armadju, qabad il-formoli u hareg mill-bieb li kien hemm fuq wara tal-ufficcju. Il-pa ghamel sinjal b’sebghu fuq xufftejh lil Momu. Xxxxx! Ma nafu xejn. Momu ma kienx bin ir-Repubblika ta’ xejn. Kien jaf x’titlob minnu r-Reppublika – Skiet quddiem korruzzjoni, tixhim biex takkwista u laqizmu biex timxi l-quddiem… eh u l-bandiera tal-maduma mistura f’qiegh il-kexxun taz-zraben.

Is-Sur Delia rega’ dahal. Il-karti kienu mimlijin timbri homor u suwed. Approved. Appruvat. Il-pa gabarhom bil-kwiet u wara mitt grazzi u “Sellili ghal Mara” qabad lil Momu minn spallejh u hargu mill-ufficcju. Ma nghidx li mxew barra mill-ministeru. Le. Grew. Ma jmurx is-Sur Delia jerga’ jibdielu.

Barra ix-xita kienet waqfet. Is-sema infethet u r-rih ikkalma. Minflok il-griz ta’ qabel kien hemm x-xemx tissielet mal-ftit shab li kien baqa. Ir-riflessjoni tax-xemx fl-ghadajjar fit-triq u fuq il-vetrini imxarrbin holqot qawsalla ta’ kuluri kull fejn hares Momu.

-Issa fejn sejrin Pa?
-Issa fejn sejrin? Sejrin nigbru t-televixin Mom… televixin tal-kulur…

U lehen il-pa ma setghax jkun iktar ferriehi. Ghax f’Malta socjalista ftit kont tkun trid biex iddahhal xi kulur fil-monotonija tal-hajja tal-pagi iffrizati u prodotti antikwati. Ftit. Naqa’ whisky, erba reklami tax-xorb u mazzetta zghira ghal dak il-**** Delia.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: