Skip to content

Grad Celsius

November 10, 2006

Photobucket - Video and Image Hosting

Dalghodu regghu qajmuni il-haddiema Portugizi. Itektku fuq l-madum il-gdid li qed iwahhlu fuq it-terrazza tal-apartament. Il-hoss tan-nies jpacpcu barra tieqa ta’ kamra tas-sodda filghodu huwa wiehed universali. Tkun qajla hrigt mid-dinja tal-holm meta’ fid-daqqa u l-waqt tisma’ ilhna u hsejjes mghaffga u fgati li kull ma jmur jitqawwew. Dak il-hin tifhem x’kellhom f’mohhom il-Griegi tal-antik meta semmew lil dawk kollha li jitkellmu stramb “barbaroi”.

Bhalissa ma nistax inhares il-barra mit-tieqa ghax ghandi l-ekwivalenti lussemburgiza tal-persjani kollha maghluqa. Bilfors. Ghax inkella l-haddiema jkunu jistghu jnemmsu go dari kif u meta’ jridu. M’hemmx idea li twahhaxni iktar bhalissa minn dik ta’ hames haddiema lusitani iharsu dritt go kamarti jarawni nitmattar u nistembah bilmod. Niftakar f’siehbi li kien ivvinta frazi pseudo-gharbija meta konna nqumu flimkien fi zmien li konna morna Londra naghmlu ricerka ghat-tezi… “Ghana nakumi bal-kakka f’ghajnethi u bid-dribblathi fawk al-lazarun”. Nahseb fhimtuha.

Insomma. Is-shana ta’ gewwa li tinfirex mill-heaters tal-mazout sa l-icken rokna tat-twieqi “double glazing” tippermeti qawmien inqas ahrax millikieku kella tkun l-istess temperatura go xi dar Maltija. Imbaghad tilbes u tohrog. U qalbek donna tieqaf ma’ l-ewwel nifs. Thossha timbotta mal-gagga ta’ sidrek qisha trid terga’ lura wahedha ghall-kenn tad-dar u thallik tmur wahdek lejn ix-xoghol. U n-nifs hiereg minn go halqek jibdlek fi dragun feroci li ghadu imdardar mill-fatt li tqajjem minn sekli ta’ ibernazzjoni.

Il-karozza bil-computer on board tgharrfek illi t-temperatura hija ta Grad fuq iz-Zero – riskju ta’ silg fit-triq. Prosit ghal Alla. U nahseb diga rrakkontajt dwar il-gmiel estetiku tal-ghodwa xitwija. Bla ma trid tiftakar linja mill-proza maltija ta’ l-iskola: “maz-zernieq niedi tal-ghodwa”. Kullimkien, kull fejn thares, tidher il-mixja tal-armati tal-kesha li jimpossessaw l-art Lussemburgiza kull sena f’dawn iz-zmenijiet. L-arja mimlija bi statika stramba u tahsibha lesta biex tfaqqa’. Is-sensazzjoni hi li l-art tizloq hafna u li l-karozza tista tizzerzaq sal-parking tal-qorti.

Imma l-isbah immagni tibqa’ tal-Pont li jwassal lejn il-mejda ta’ Kirchberg imperrca fuq l-gholja. Hekk kif titlaq Rue Joseph II u s-sigar miksijin weraq mejtin lesti biex jabbandunaw ruhhom ma’ l-ewwel ziffa ddur lejn il-Glacis u tilmah elf u nofs karozza ipparkjati waqt li sidhom kollha diga ghamlu present gol-ufficci shan taghhom u probabilment qed jibilghu l-ewwel kafe. Ftit ghandek cans thares lejn il-Glacis ghax imbaghad tghaddi minn speci ta’ tunnel li jaqsam lejn Kirchberg. Tinzel go tunnel mdawwal artificjalment u li jgenneb lejn naha u tisponta minn-naha l-ohra fuq il-pont. Dehra li ssahhrek kull darba li taraha. S-soltu tara z-zewg torrijiet gwardjani tal-Parlament u t-torri izghar tal-Qorti. Imma fi granet bhal dawn fejn l-ebda rih ma kien hawn biex ibarri c-cpar tal-lejl ma tara xejn. Ghax il-pont li jaqsam l-Wied wiesgha u jwassal sal-Kirchberg ikun miksi shab. Litteralment shaba wahda li thallik biss tara l-karozza ta’ quddiemek.

Tat-torrijiet l-ebda sinjal u l-vjagg tieghek ikompli “bhal ghama itektek bl-ghaslug”. Bla ma trid il-karozza timxi iktar bil-mod. L-isbuhija tal-bjuda li tibla kollox ma jixirqilha l-ebda deskrizzjoni. Tizbokka in-naha l-ohra u taghraf xi ftit forom. Il-parti baxxa ta’ kull torri. Il-hdura tal-haxix ta’ madwarhom. U tidderigi l-karozza gol-kenn tal-parking. Gos-shana ta’ guf bini iehor kenni. U x’hin tohrog mil-lift ghal-gor-reception ixxomm ir-riha ta’ kafé taljan u toast imdellek bil-jam tal-huissiers. U tibda bil-mod terga tinqata mid-dinja tal-bard ta’ barra. Dinja li qed tgawdi l-ahhar grad fuq iz-zero qabel ma ninzlu lkoll flinkien taht iz-zero ghal-xitwa ohra ta’ bjuda, bard u impressjonijiet.

U bhalissa jien u nikteb inhares barra mit-tieqa lejn il-pont u ma nara xejn. Nara biss tarf l-iktar sigar vicin. Issa veru waslet ix-xitwa.

*ritratt (tal-Pont Gran Dukessa Charlotte waqt granet iktar sajfin) mehud minn hawn .

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: