Skip to content

Milied, Fieri u Football

December 4, 2006

Photobucket - Video and Image Hosting

Il-Fiera tal-Milied
Gewwa il-Mittelewropa (jew jekk tridu l-Ewropa Nofsana fl-istess stil tal-Lvant Nofsani), il-kuncett tal-Fiera tal-Milied huwa popolarissimu. Kull belt xierqa ta’ l-isem ghandha l-fiera taghha fil-pjazza principali. Dawn il-fieri ghandhom storja twila li tmur lura sal-Medju Evu u anki qabel. Il-fieri ma kienux, u m’humiex xi haga ta’ zmien il-milied biss. Anzi, il-pjazez ta’ dawn l-ibliet jilqghu xi suq jew iehor talanqas darba fil-gimgha. Niftakar fiz-zmien li qattajt gewwa Bruges fejn skond il-gurnata tal-gimgha kont issib is-suq tal-laham, tal-haziz u fil-kaz tal-ibliet marittimi ma setax jonqos is-suq tal-hut.

Imma fil-Milied hag’ohra. Il-pjazza tittrasforma ruhha f’festa ta’ lwien u rwejjah. L-ikel lokali tal-istagun jigi ezaltat bl-isbah platti – mis-soppa tal-lentils sat-Thuringer, mit-tuffiegh karamelizzat sal-qastan, mill-faqqiegh jghum fit-tewm sad-doughnuts bic-ciras. U mhux ikel biss. L-istands tal-artiggjanat jikkompetu ghall-ispazju ma’ dawk tal-ispirti li jsahhnu. Il-gluwein – l-inbid shun mimli spezji ta’ kull tip – tixorbu u thoss mewga shana niezla minn go grizmejk sal-ibghad ponta ta’ gismek.

Certi pjazez jippermettu ruhhom anki ghal Skating Rink tas-silg fejn kullhadd jintefa’ f’verzjoni iffrizata ta’ Human Bumping Cars. Il-muzika dejjem l-istess. Mill-elogji ghat-Tannenbaum sal-Heiligen Nacht – kliem denji tat-torri ta’ babel izda noti li jizbqu kull fruntiera. Il-fieri jibdew lejn l-ahhar ta’ Novembru u jispiccaw ftit wara l-Milied. Kemm ilni nghix gewwa l-Lussemburgu dort hafna minn dawn il-fieri. Kont ga mort dik enormi ta’ Brussel lejn Santa Katerina – bellezza. Zort dik ta’ Strasburgu, ta’ Aachen, ta’ Maastricht, ta’ Amsterdam, ta’ Trier u ta’ Metz. Kull wahda ghandha is-sabih taghha. Kollha ghandhom dak il-feeling Dickensjan ta’ “Merry Christmas to Everyone”.

F’Malta ftit naraw stands fuq barra. L-atmosfera tal-Milied niftakarha dejjem mid-dwal tal-Belt u mill-giri minn Strada Rjali sa’ Strada Merkanti via Strada Zekka imwahhal mac-cintorin t’ommi. Bejn bikja u ohra kien ikun haqqek xi gugarell (kif jiktbu fit-Taghna t-Tfal) u forsi forsi ritratt fuq hogor xi Santa Klaus (qatt ma kont nghidlu Krissmiss Fader) deformat li ikun ilu jippoza bi tfal ingrati gurnata shiha. Ghad ghandi wiehed x’imkien tieghi fuq hogor Santa Klaus stramb. Ma nidirx kuntent. Imma heqq party mit-tradition.

Ghal hafna zmien ir-rigal tieghi kont nixtrih minn ghand tal-Orjenti. Ma setax jissemma ahjar. Il-bazaar tal-Orjenti fit-Tigrija ir-Rabat kien ikun il-holma ta’ kull tifel u tifla Ghawdxin. Minn jaf kemm il-board game hareg minn hemm grazzi ghall-last wishes ta’ Jacques ckejken. Niftakar ukoll li l-ghada tal-Milied (jekk mhux is-27) konna immorru bir-rigali li kellhom xi haga nieqsa u niltaqghu mal-migghema sfortunati li kellhom jaqghu ghall-proverbjali “mill-Milied sa’ San Stiefnu”.

Photobucket - Video and Image Hosting

Football u Fieri Ewopej
U fl-ahhar dwar il-fieri. Kontu tafu li t-tazza antenata tat-Tazza UEFA fil-football hija proprja tazza li kienet organizzata bejn il-bliet tal-Ewropa Nofsana li kellhom fiera famuza? Il-Coppa delle Fiere bdiet biex tippromwovi Trade Fairs Internazzjonali u setghu jippartecipaw biss clubs ta’ Bliet li kienu jorganizzaw tali Fieri. Meta inholqot it-Tazza UEFA fl-1971 intlaghbet loghba bejn l-iktar zewg timijiet li rebhu it-Tazza tal-Fieri sabiex jiddeciedu minn se jzommha ghal dejjem. Din il-Finali intrebhet mill-Barcellona illi ghelbu il-Leeds Utd 2-1.

L-ewwel tim Malti li laghab fit-Tazza tal-Fieri kien il-Hibernians Paola FC li ippartecipa fl-istagun 68/69 u tilef 7-0 aggregate kontra il-Griegi tal-Aris (Saloniki). Is-sena ta’ wara kien imiss lill-Floriana jitilfu bl-istess margini kontra Dinamo Bacau (Rumanija). Fl-ahhar sena tat-tazza ir-rapprezentanti Maltin kienu Sliema Wanderers illi tilfu 10-2 aggregate kontra AB tad-Danimarka.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: