Skip to content

Stejjer ta’ Nasr Eddin (I)

December 12, 2006

Photobucket - Video and Image Hosting

Hawnhekk tibda sensiela ta’ traduzzjonijiet ta’ stejjer qosra mehuda mir-rakkonti dwar Nasr Eddin Hoga. Nasr Eddin kien eroj leggendarju li ghex fit-Turkija fit-XIII-il seklu. Huwa maghruf fid-dinja musulmana kollha – mill-Albanija, sa Sinkiang – bhala l-inkarnazzjoni tal-irriverenza. Nitkellmu dwaru iktar tard. Hawn hi l-ewwel silta maqluba mill-ktieb “Sublime paroles et idioties de Nasr Eddin Hodja – tout Nasr Eddin ou Presque”, Jean-Louis Manoury. (Phébus, libretto, 2002, ISBN: 2-85940-857-6).

***

L-Ghonja u l-Foqra

Wara nixfa ta’ hafna xhur kien wasal zmien il-ghaks. Izda mhux kullhadd kien qed imut bil-guh: l-ghonja kienu hasbulu u kienu sarrew hazna ta’ qamh, zejt, haxix niexef u laham.

Khadidja allura qalet lir-ragel taghha:
– Nasr Eddin, ir-rahal kollu jistmak hafna. Toqghodx hawn b’idek f’idek: mur fil-misrah, igbor lil kullhadd u ara tikkonvincix lill-ghonja jaghtu x’jieklu lill-foqra.

Nasr Eddin jahseb li ghal darba martu ghandha ragun. Jaghmel kif tghidlu u, ghaxar sieghat wara, jigi lura – wiccu jixghel bil-ferh.
– Mara, ejja nirringrazzjaw l’Allah il-Hanin!
– Ah! Mela irnexxilek?
– Ma kenitx bicca xoghol hafifa. Irnexxieli bin-nofs.
– X’jigifieri bin-nofs?
– Iva: jigifieri s’issa irnexxili nikkonvinci lill-foqra.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: