Skip to content

Stejjer ta’ Nasr Eddin (III)

December 12, 2006

Photobucket - Video and Image Hosting

Djalogu fuq Xifer Xmara


Jum minnhom, Nasr Eddin iddecieda li jmur jahsel hwejjgu gewwa x-xmara. Moghni b’sapuna imdaqqsa, bl-ixkupilja u l-broxk intelaq joghrok u jaghsar daqslikieku kien hassiela.

X’hin lesta’ l-hasla, firex il-hwejjeg fl-ghalqa ghax-xemx izda ix-xorti riedet li jinfethu l-ismewwiet u tibda maltempata: lozor, bicciet, qomos… kollox intela’ tajn… ikollu jerga jibda mill-bidu.

L-ghada, Nasr Eddin jerga jixtri sapuna ohra u jerga jibda’ x-xoghol. Kollox ta’ xejn ghax fid-daqqa u fil-hin terga tizbokka maltempata ohra. U l-jum ta’ wara l-istess haga.

Fir-raba’ jum Nasr Eddin ghadu max-xmara jistinka, f’nofs maltempata ohra, meta jasal wiehed minn shabu:

– Hares l’hawn, jghajjat il Hoga b’hanxra daqsiex (minkejja li lanqas ma hu qieghed tlett passi l-boghod minnu), qed nuza l-gobon biex nahsel.
– U bil-gobon il-hwejjeg jitnaddfu? Jistaqsih siehbu imbellah.
– Jiena nitnejjek mill-indafa, jien irrid hwejjeg niexfa, jerga jghajjat Nasr Eddin.
– Qatt ma kont nisthajjel li l-gobon kapaci jtella’ daqshekk raghwa, jwiegbu siehbu… iktar imbellah minn qabel.
– Ghalaq halqek imbecilli, qallu inkorlat Nasr Eddin.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: