Skip to content

Xewqat Sbieh

December 19, 2006


Zmien il-Milied… zmien ix-xiri, il-genn u l-fsied. Zmien ir-rigali ghal min kien bravu u zmien ir-rigali ghax hekk tehtieg it-tradizzjoni. Rigali mill-qalb ghat-tfal li jifthuhom b’ghajnejhom jixghelu u rigali kontra qalbna ghal dawk ghax ta’ bilfors. Rigal qatt m’ghandu jkun hekk of course imma l-izball ma jibdiex mill-fatt li taghtih kontra qalbek imma mill-fatt li inholqot raguni ghalfejn jinholqu r-rigali li mhix personali. Ma xtaqtx nidhol fi spiritwalita’ zejda u nqbad ma’ l-argument kantaliena ta’ dawk li jdejqulna l-kukuzzli jghidulna li “There is no Xmas without Christ in It” u affarijiet minn dawn.

Halliha li GK twieled “away in a manger” u jaghmlu li jistghu biex ipingulna lil Marija l-bajda u Guzeppi n-Nordiku jistkennu mill-isnow tal-Palestina. X’iktarx ikunu l-Creationists (Holqienisti?) li jezigu hsibijiet litterali dwar dak li sehh go Betlehem xi 2006 sena ilu. Allura bejni il-borra u silg Mediterranja u go speci ta’ ghar/ghorfa imdawwar bil-bhejjem twieled “Gesu Bambin” (naqa’ zejda din tal-“Bambin”… x’tippretendi… jitwieled Gesu Ragel? Tkun easy wisq ghan-naysayers imbaghad…). U skond it-tradizzjoni litterali gew tlett slaten Magi u tawh ir-rigali. Deheb, Frankincens u Mirra. U allura skond it-tradizzjoni issa ahna ukoll inqassmu r-rigali lil xulxin u kull ma jmur iktar importanti r-rigali mill-Baby Jesus. Intant il-pjan strategiku tal-Knisja Kattolika li tikkappara Festival iehor Pagan – bhal ma kienu dawk Rumani u Celtici ta’ dawn iz-zminijiet – issa qed jisfa’ fix-xejn. Bhal ma jghidu … min jobzoq fl-arja…

Jien mill-Milied joghgbuni x-Xewqat sinciera. Il-wens mill-bard ta’ barra u l-opportunita’ li l-familja nukleari tiltaqa’ sabiex tissielet fuq min ha jiehu l-crackling tal-hanzir. Hawnhekk gol-Lussemburgu hassejt li l-Milied iqarrbek lejn shabek. Ghax qabel ma kullhadd iparpar lejn ir-rokna tieghu sabiex jiccelebra l-Milied ikun hemm dawk ix-xewqat sbieh mixtieqa lill-xulxin. Xewqat sincieri. Xewqat li jghidu “Ciao… hu gost Malta… u narak is-Sena d-diehla”.

Issa tghidu inthom mhux l-istess pajjiz sejrin. Ma jistghux jiltaqghu hemm ukoll? Difficli tifimha din. Difficli tifhem li meta inkunu Malta qajla ikollna hin ghall-hbieb li hallejna warajna u ghal familja. Allura tiltaqa’ mal-Maltin ta’ Lussemburgu mill-inqas. Minflok, jien u nghid ciao u nixtieq lil kullhadd il-vjagg it-tajjeb bdejt ninduna li fil-harsa ta’ kullhadd tara’ dak l-istess hsieb… “u iva mhux se ndumu hemm, jghaddi malajr… imbaghad nigu ‘l ura u nergghu insibu lil xulxin…kif nixtiequ lkoll”. Dik il-harsa li tghidlek li d-dar taghna issa hija hawn. Il-wens tal-hbieb insibuh hawn u l-genn u l-giri tal-btala hija pawza qasira sakemm nergghu lura ghar-rutina u l-gabra hbieb li issa saru familja ohra go Lussemburgu.

Insomma. Xewqat sbieh.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: