Skip to content

Poeziji

February 2, 2007


Illejla fit-tmienja gewwa l-Foyer Europeen go Lussemburgu, sitt poeti Maltin ser jaqraw xoghlijiet minn taghhom lill-pubbliku. Fosthom hemm il-bloggers Twanny Erezija, u l-Imzebbel. X’iktarx nghaddi l’hemm izda iktar b’sens ta’ solidarjeta’ ma’ l-inizzjattiva milli ghall-gost. Ghax lili ma joghgbunix sessjonijiet poetici bhal dawn. Nemmen li poezija taqraha wahdek u jew tolqtok jew le. Ma nemminx f’sessjonijiet mimlija staghgib u dak is-skiet tal-knejjes sakemm tinqara’ xi poezija – qisu qed jitkellem xi oraklu. Il-poezija ghalija hija prattika daqs toaster. Taqraha bi skop… jew romantiku, jew politiku, jew anki skop muzikali ghall-widnejn. Imma taqraha int. Wahdek. Ikun hemm biss int u l-poezija. Dak il-hin il-poeta ikun ilu li heles il-poezija mill-ktajjen tal-possessjoni. Hiija libera biex tinftiehem u tinqara kif iz-zikk irid.

Imma dawn gosti. F’zoghziti kont nikkunsidra ruhi poeta. Kollu tort tal-gvern. Kien nieda kompetizzjoni ghall-ahjar pinna zaghzugha fit-’92. Kellna niktbu poezija u jien ghazilt it-tema tas-Summit Ekologiku f’Rio de Janeiro. U peress li ghada toghgobni ha nhallihielkom hawn ha taqrawha bil-kwiet (wahedkom). Sahhiet.

ECO ’92

Fuq xatt-il bahar,
mal-muzika ta’ elf minfah bebbuxu,
mar-ritmu tal-bahar jilghaq ic-caghak,
Maori-neo-Zelandiz jistenna’….

Fuq gholi/ghama fuq muntanja Alpina,
mat-tvenvin tar-rih, ghaddej
mit-trumbuni baxxi/vallati,
Awstrijak-neo-Ewropew jistenna’….

F’wesgha/pjanura
fost it-thaxwix ta’ elf qamha ddur mar-rih,
fost il-bini ta’ makni taz-zejt,
Indjan-neo-Amerikan jistenna’…

Mitluf f’foresta mdallma,
fost ghajjat wahxija t’ghasafar tal-mewt,
fost hdura/sewda mzejna strixxi bojod/sofor/suwed,
l-Afrikan-neo-homo-sapiens jistenna’…

Fl-gholijiet qtugh in-nifs
ta’ l-Andi Peruvjani
mal-llama u l-Mayani,
elf Peruvjan-neo-drogati jistennew…

Fuq gzira/huta f’nofs Mediterran,
mitt ministru minsi,
mitt xufier jiggerra,
ftit Maltin-forsi-Ewropej jistennew…

Fil-qalba tal-problema
hdejn foresta/pulmun mahqura
elf kap l-istat
jaqtghu decizjoni
minghajr jistaqsu
ghaliex?
minghar ma jafu
ghalfejn?

Fuq xatt-il bahar
F’gholi/ghama
F’wesgha/pjanura
F’foresta/mdallma
F’gholjiet qtugh in-nifs
Fil-gzira/huta
waqa’ s-skiet.

*Paceville, 03/06/1992

[Insejt nghidilkom… il-poezija kienet rebhet. U ta’ ribell li kont ma mortx nigbor il-Premju Pinna Zaghzugha 1992… kesahlu li jien. Miskina marret ommi bil-pacenzja kollha u ivvintat storja li kont marid… waqt li kont qed niggerra Marsalforn wara xi Taljana!]

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: