Skip to content

Ceramika

February 21, 2007


Mela konna Londra u ltqajna mat-Tufigno. Dorna mhux hazin bejn il-mitt post cliche’ Londoniz. Peress li l-ikbar attivita’ kienet qed issir madwar Chinatown intfajna generalment lejn dawk l-inhawi – nikkunslaw ruhna b’pinta l’hawn u pinta l’hinn fil-firxa pubbijiet ta’ Shaftsebury Avenue. Il-festi Cinizi forsi gejjin mill-boghod oltremurali ta’ Beijing izda l-istil ta’ festa tibqa’ l-istess. Flok Ganni l-Ghawdxi bil-qubbajd hemm Sung Ho u l-Dim Sum, flok il-kjosk ibiegh it-trumbetti u l-erba skartocci jfaqqghu u jaghmlu hoss hemm ragel b’ghajnejh migbuda ibiegh id-draguni, ic-cirimelli u l-Good Luck Candy. Haga ghandhom in komuni … kollox Made in China.

Imbaghad skoprejna din tal-kafe’. In-NewYorkification ta’ Londra issa hija kompleta. Ghandhom Starbucks ma kull kantuniera. L-arti tal-ippreparar tal-kafe’ issa sar karnivalata. L-aqwa li jitfghulek kelma minn fost latte, mocha, largo, tall, srtong, ecc u kullhadd kuntent. Minghalihom li holqu xi xjenza. Mur spjegalhom li m’hemm xejn isbah mill-kafettiera ittektek bilmod fuq in-nar… minghajr ghagla ta’ xejn u li xhin tishon tobzoq bezqa kafe kull ftit qisha qed tinsulta l-alla fahxi tat-take out u drink in the plastic cup.

L-isbah mhux dik pero’. Mhux bizzejjed li ghandhom il-kummiedja tal-kafe’ gol-karun bl-ghatu bhal tat-tazzi tat-trabi halli ma twaqqax fuqhek int u tivvjaggja fit-tube b’kafe’ f’id wahda, gazzetta f’id ohra u l-ipod idoqqlok f’widnejk. Mind the Gap. Le mhux bizzejjed. Il-bicca t-tajba hija din. Tant draw li jordnaw kafe’ ghat-take away li biex jordnaw wiehed fit-tazza normali… tafu inthom… kikkra u plattina… ikollhom jispecifikaw b’kelma interessanti…

K: Can I have an espresso lungo please?
Q: Sure sir… will you be taking it out?
K: No… in the ceramic please

Fhimtu? Biex tghidlu li ha tixrob gor-restorant trid tghidlu li tridu fit-tazza tac-ceramika. Ballec. Ma nafx intom imma rajtha vera tan-nejk. Ghall-bidu hsibtha cajta. Imma kullimkien l-istess. Anki fil-Jazz Bar Cafe’ gewwa Foyles… tal-ghageb. Ma stajtx ma nimmaginax diskussjoni go bar f’xi rahal malti….

K: Ha mmur inqattar wahda Cal…
Q: Mela le… trid titfaghha mal-hajt hawn barra?
K: le, le.. ha nitfaghha fic-ceramika gewwa… ghax barra l-bard.

Mad dogs and English Coffee habits of course.
Is-sena Ciniza t-tajba… qaluli li s-sena tal-hanzir….

*Ritratt: Ceramika ohra… Is-sink go restorant Gappuniz jismu Mitsukoshi. Ma nisthix nghid li ghall-ewwel hsibtu pixxatur…..

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: