Skip to content

Satanasso

March 8, 2007

host

M’ilux ftakart f’esperjenza li kelli meta’ ta’ seba’ snin ftit wara li ghamilt l-ewwel tqarbina. Bhala cittadin Ghawdxi transfrontaliére li kien jattendi l-iskola primarja Malta inzerta li ghamilt l-ewwel tqarbina darbtejn. L-ewwel darba gewwa l-iskola Stella Maris gurnata wahda f’Gunju li nibqa’ niftakarha ghan-numru ta’ missirijiet li dahlu ghall-quddies jisimghu r-radio halli jsegwu il-loghba tal-Italja waqt Espana 1982. It-tieni darba ghamiltha gewwa d-djocesi Ghawdxija taht l-ghajnejn l-Isqof t’Ghawdex gewwa il-Knisja ta’ San Pawl Marsalforn. Nahseb kien Settembru – ghax l-Isqof kien jinzel Marsalforn iqaddes fl-okkazjoni tal- festa ta’ Marija Bambina.

Waqt l-event spettakolari gewwa Marsalforn kont se nkun liebes suit sewda bis-sidrija b’kollox, zarbun iswed tal-alakka bil-kalzetti bojod kif tixtieq il-misthija eterna, bagg (badge) forma ta’ fjura bi xbieha ta’ xi Madonna minnhom u xahri imcappas ma’ rasi bil-ferq fil-genb. Ovvjament l-ghazla ta’ suit sewda mill-genituri fissret li kont nispikka fost il-hafna gabriet ta’ bizzilla bajda li kienu se jiccelebraw l-event majestuz mieghi.

“Qalb imqaddsa ta’ Gesu… li berikt it-tfal ckejknin”

Xi gimghat wara l-event kien hemm okkazjoni ohra monumentali f’hajti. Minhabba li minn meta bdew ifaqqsu s-snien gewwa halqi inzertaw kollha jiehdu direzzjoni ghal rashom minflok ma jikbru ghalenija, u minhabba li mid-dehra kelli sovrapopolazzjoni ta’ snien ghall-halq zghir li ghandi – l-egregju Dottor Dentist farabutt lupp uman Zammit tal-Mosta kien iddekreta li kelli nilbes apparat mekkaniku maghruf bl-ingliz bhala brace u tradott b’mod simplifikattiv bhala hadida. Dan l-apparat kien jikkonsisti f’hadida iddur man-naha ta’ barra tas-snien ta’ fuq li kienet tehel mas-snien ta’ wara b’forma ta’ klipp. Il-qafas kien komplut b’forma tal-plastik antipatika li kienet tkopri s-saqaf ta’ halqi.

Lanqas irrid niftakar il-mizerji li qlajt lil ommi u missieri bhala budding hypochondriac. Bejn finti ta’ qtugh ta’ nifs, fainting spells denji ta’ kotba tan-nisa u tgheddid ta’ suwicidju kont bilmod ilmod drajt nilbes il-mishut apparat. Filghaxija kont inhallih go tazza hdejn is-sodda stile id-dentiera tan-nannu – wara li kont innaddfu mill-varji loqmiet ta’ laham u ikel li kienu wehlu go fih matul il-gurnata.

Nergghu immorru Ghawdex.. xi gimghat wara l-ewwel tqarbina celebrata solennement. Kont ghadni ma nafx dwar il-futur celijaku li kien ser ibeghdni ghal dejjem mill-ostja minhabba l-kontenut gluteniku taghha. Kienet lejla ta’ maltemp mizghuda bix-xita u rih li jaf isebbah il-port ta’ Marsalforn. L-arja kienet mimlija bir-riha tal-melh tal-bahar u l-hitan tal-Knisja kellhom dik l-ghamla impressjonanti li thassbek li minn mument ghall-iehor se jsiru trab. Morna l-quddiesa tal-hamsa u nofs (nahseb) man-nannu Gorg, in-Nanna Polly u z-zija Rachele (li kellha habta tinsa l-kliem tal-innijiet u tifqaghni bid-dahk).

 “Dan huwa l-haruf divin, veru hobz tal-angli”

Wasal il-mument fatidiku fejn skond il-missalin il-gemgha ta’ fidili toqrob lejn l-artal sabiex tircevi lill-iben Alla li sar bniedem u li bhalissa qieghed fil-forma transubstanzjata tant ghaziza ghall fidili fuq imsemmija.

“Mis-sema jinzel kuljum, nadurawh flimkien”

Kont qieghed bilqieghda wara l-orgni elettriku li kien idoqq certu Jonathan b’destrezza dizarmanti. Kien ikollok toqghod attent int u hiereg ghat-tqarbin taqbez il-wajers u l-plaggijiet antiki bid-dawl mikxuf (tghid jixxokkja?) u tghaddi vicin tal-superfidilissimi – ringiela nisa’ xjuh lebsin l-iswed ghax r-ragel taghhom ilu mejjet xi tmien snin u kollha rigorzament b’sidirhom jibda kwazi minn qaddhom (imma xorta enormi) – koz x’memorji strambi….

Dhalt fil-filliera tal-fidili lesti biex jitqarbnu. Dak iz-zmien konna ghadna la antika…titqarben direttament f’halqek u titlob li ic-celebrant ikun segwa rigorozament il-gwida ekklezjastika u hasel idejh qabel ic-celebrazzjoni. Nasal quddiem Dun Marjan li b’nuqqas ta’ solennità u b’ton zbrigattiv jintona “Il-Gisem ta’ Kristu”…

… l-ostja taqa’ f’halq is-sottoskritt qabel ma jkun hemm cans tal-Amen… il-halq jinghalaq sabiex jospita l-Mulej taht is-saqaf tieghu… u hemmhekk tibda t-tragedja. Il-mekkanizmu tal-hadida jiskatta.. ghal xi raguni l-hadid jisserra mas-snien u l-plastik titkahhal mas-saqaf tal-halq. Paniku. Dmugh instantanju u anki ghajta awtomatika ta’ genn.

 Nikkontemplaw ix-xena mela l-ahwa… Dun Marjan ihares mistghageb lejn in-neo-imqarben, is-superfedelissimi kollha jiskantaw lejn it-tifel li mill-perspettiva taghhom jidher li kellu reazzjoni hazina wara (radd ta’ slaleb) li tqarben, l-organist jieqaf u jikkontempla (a) is-superfidilissimi u r-reazzjoni taghhom li qishom raw ix-xitan in persona (jew in diabolam) (b) il-bzonn ta’ ghajnuna li ghandu ovvjament it-tifel.

 Hemmhekk jidhol in azzjoni superAnton maghruf ahjar dak iz-zmien bhala Pàpà u b’manuvra mghaggla idhhal idu go halq it-tifel imwerwer u inehhi l-ostja li s’issa wehlet mal-plastik ta’ saqaf halqu. Wara sessjoni zghira ta’ ezercizzji tan-nifs u ikkalmar generali tal-popolin il-frak tas-suddetti hobz divin inbelghu min-neo imqarben minghajr dannu iehor.

 Ghal xi granet wara dan l-event indunajt li s-superfidilissimi kienu jaccertaw ruhhom li ma jkunux wisq vicin tieghi waqt il-quddies. Hasra li ma kenux jafu li r-reazzjoni tieghi ma kenitx wahda satanika imma mekkanika ikkawzata mill-apparekkju imwahhal mill-lupp uman. Insomma… ftit domt inbaghti b’dawn il-problemi ghax wara ftit drajt innehhi l-hadida qabel ma nitla nitqarben.

Kullhadd kien kuntent u l-hajja xitwija go Marsalforn setghet tkompli minghajr wisq ingombri sataneski.

Nghaddu mela ghal Innu numru 67 – Nersaq Lejn L-Artal.

Sahhiet.

One Comment leave one →
  1. March 16, 2007 12:37 am

    Il-ostja x’bicca dik! haha

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: