Skip to content

Qatgha Ghasafar

March 14, 2007

Photo Sharing and Video Hosting at Photobucket

Rega’ wasal zmien l-ghasafar gewwa l-Parc de Belair. Il-granet bdew jitwalu u bilmod ilmod jasal iz-zmien fejn xhin nasal mix-xoghol ix-xemx tkun ghada fis-sema u bdiet in-nizla taghha hekk kif Apollo jkun baqaghlu l-ahhar firxa tas-smewwiet qabel ma jiehu z-zwiemel ghar-raqda.

Huwa f’dan iz-zmien tas-sena li tirrepeti ruhha fenomenu inkredibbli li tpaxxi l-ghajn. Ghandi x-xorti li t-terrazza tieghi taghti ghal fuq il-Parc u nista’ ngawdi dan il-fenomenu mill-qrib. Qed nitkellem dwar il-qatgha ghasafar li tibda tingema’ f’dawn il-hinijiet. Huma mumenti ta’ sbuhija li l-ebda damma ta’ kliem ma qatt se jiddeskrivu bizzejjed. Mijiet u mijiet, jekk mhux eluf, ta’ ghasafar jingemghu f’numru ta’ qtajja’ jittajru madwar il-park. Ic-crieki dejem jickienu jduru u jduru mal-oghla binjiet qishom f’tellieqa qatgha ma ohra.

Fid-daqqa u fil-waqt wiehed mill-qtajja jinzel soptu fuq sigra wahda. Qishom elf qatra tax-xita jinzlu b’ghaggla inkredibbli ghal go sigra wahda. Tisthajjilha ezercizzju tal-ajruplani u n-nizla ahharija qisha l-ajruplan kamikaze li sab it-tir tieghu u issa niezel ghall-ahhar qatla. Eluf jinzlu go sigra li f’daqqa wahda timballa ruhha b’dawn l-ghasafar u tibda tirtoghod.

Sadattant qatgha ohra, minn fost il-hafna qtajja’ li ghadhom jittajru tistenna l-ahhar ghasfur jaghzel postu fis-sigra u mill-ewwel tibda l-istess xena fuq sigra ohra. Din ix-xena titkompla u tissokta sakemm kull qatgha ghasafar ikun ghazel is-sigra tieghu u filwaqt li s-sema titpinga b’kuluri roza u orangjo l-ahhar qatgha tinzel fuq l-ahhar sigra vojta li jkun ghad fadal.

Imbaghad ikun imiss il-bicca li inhobb. L-ghasafar kollha ghalenija jintelqu f’fernezija ta’ ghajjat u twerzieq… qishom m’ghandhomx kwiet. Qishom qed jissieltu ghal post fuq is-sigar jew ma nafx xiex. Kakofonija tal-ghasafar li thasseb lil min ma jkunx imdorri jismaghha. Is-sena l-ohra din il-kakofonija kienet tibda puntwalment fis-sebgha ta’ filghaxija.

Il-crescendo tal-ghajjat jitkompla ghal madwar ghaxar minuti. Imbaghad isehh l-ahhar fenomenu. Dak li huwa forsi l-iktar impressjonanti. F’daqqa wahda… minghajr ma tkun tistennija u minghajr ebda sinjal jew preavviz l-ghasafar kollha…. u qed nghid kollha… jieqfu f’salt. Ma jkunx hemm hozz wiehed.

U qisu bhal miraklu l-ahhar ragg ta’ xemx tisparixxi minn fuq l-orizzont u jkun baqa’ biss id-dawl ta’ raxx id-dlam. Jaqa’ il-wens u l-kwiet.

Min jaf ghalfejn kelli nigi Lussemburgu biex nara u nisma dan il-gmiel?

* Ritratt: Il-qatgha ghasafar tingabar fuq is-sigar tal-Parc de Belair

4 Comments leave one →
  1. May 3, 2007 7:02 pm

    tistghu taghmlu iktar informazzjoni. Dan huwa nuqqas ta kultura minn Malta

  2. May 3, 2007 8:52 pm

    Ma fhimtx xi trid tghid Rachelle. Tista’ tispjega ruhhek b’mod iktar car?

  3. May 4, 2007 1:37 am

    There are a couple of well established roosting sites in Malta too.
    Some of the more impressive ones are spanish sparrows (ghammiel tal-bejt)at the old train station in B’kara and white wagtails in the law courts square in valletta.
    The most notorious one is the spanish sparrow roost in Victoria gozo…if you ever find a remarkable amount of parking availability in Victoria piazza, look up, you might be in the firing line. The number of birds in this piazza increased significantly in the eighties when the last barn owl of the locality fell victim to local sportsmen

  4. May 4, 2007 7:55 am

    Thanks Steve. Incidentally it-Tokk, the main Victoria Square might soon be bereft of all foliage due to a malady that has infected the trees. (See post Ghawdex!)

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: