Skip to content

Livarot

March 17, 2007

livarot.jpg

Ghaddejt il-bicca kbira ta’ din il-gimgha b’rih ikrah. Haga li tqabbdek id-dwejjaq. Filwaqt li t-temp kull ma jmur qed jisbieh (halli li l-gimgha d-diehla suppost taghmel ftit borra), u filwaqt li kull gurnata tisboq ( rajtha din Mund?) lil ta’ qabilha f’sieghat ta’ shana u klima medja minghajr esagerazzjoni ta’ bard u shana – ftit nista’ ngawdi minn dan kollu. Kull nifs li niehu jfakkarni fil-majjistral qawwi li jgorr il-bahar mieghu. Il-pulmuni qajla jlahhqu ma’ din l-arja kollha u jinghaqdu mal-bili u katarru f’rewwixta wahdanija kontra l-hajja u l-arja bnina. L-imnieher ilu mizdud qisu Wied l-Imsida wara x-xita. Il-prezenza tieghi go kamra hija inkwetanti ghal dawk li ghandhom jaqsmuha mieghi ghax il-hsejjes kontinwi stile Darth Vader qed jiehu n-nifs mill-elmu jinkisru biss mill-inhir ta’ mniehri kull meta xi balla maht tkun imblokkat sew kull mezz ta’ nifs.

Tistghu tobsru kif il-burdata timxi pass pass mal-qaghda fizika. Xejn sew. Ma jghinx lanqas li l-iljieli huma itturufnar ta’ shana/bard fejn ma jinstabx bilanc bejn l-gharaq tal-pyjama u l-bard ta’ l-ghera. Tqum filghodu thossok gerjatriku bil-bzieq niezel max-xoffa ta’ halqek u b’ghajnejk imkahhlin ma’ xulxin bis-superglu naturali li hareg bil-lejl mill-vijadotti ta’ hdejn imniehrek. Le xbin xejn sew.

U l-iktar haga li jfottilek r-rih hija l-hin ta’ l-ikel. Tpoggi bilqieghda quddiem platt li ghajnejk iharsu lejh bhal ma d-devoti tal-iStilla jharsu lejn il-vara tal-Megalomartri hu u hiereg mill-Bazilka u tinkedd. Ghaliex? Ghax filwaqt li l-platt qed jerhi rwejjah li bla dubju ta’ xejn jafu jecitaw anki l-inqas amateur gourmand, inti m’inti xxomm assolutament xejn. Nada. Zilch. Tista’ mhux timmanuvra l-ponta ta’ mniehrek biswit iz-zalza sakemm tikkonfondi jekk l-umdita’ li qed thoss hix gejja mill-ikel jew mill-maht… xejn ma xxomm.

Izda kif jghidu f’Albjuni “every cloud has a silver lining” u f’dal-kaz is-salvazzjoni minn turufnament fl-infern tas-sans nez hadet il-forma ta’ l-eluf ta’ gobniet li hawn gewwa l-Lussemburgu. L-iprem mintna Franciza, l-ehxen scamorza Taljana u l-Ultra Aged Cheddar Ingliz. Kollha jservu ta’ oasi ta’ rwejjah f’mumenti bhal dawn.

Erhili nesperimenta bil-kcina “fusion” kif naf jien. Hobz bla gluten imdellek bil-kunserva u jghum fiz-zejt taz-zebbuga u t-tewm… faxx gobon – jekk hux Livarot minn gewwa Aube jew il-Brique de Lait de Vache Anonimu, naqra hass u tonn taz-zejt. Insomma elevajt il-hobz biz-zejt Malta billi tfajtlu naqa’ gobon Franciz fin-nofs.

U dwar riha? Tinkwieta xejn. Niggarantilek li f’gurnata normali – meta l-imnieher ikun hieles minn kull flissjoni u l-influwenza tkun biss memorja kerha fin-narici – l-effett tal-Livarot fuq is-sensi huwa ta’ bomba nukleari gewwa l-Atoll ta’ Bikini. Devastanti. Provare per credere.

Ha jkolli nieqaf hawn ghax qabadni l-guh. U kwazi kwazi mal-hobza li jmiss niftah landa mill-iskorta tal-Kinnie. Twistees m’ghandix… imma forma ohra ta’ gobon b’riha suspettuza ghandi… u ma jisghobija xejn!

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: