Skip to content

Ghawdex

April 11, 2007

Djamant kien isejjahlek Duminku u djamant ghadek. Hadt gost li hrabt harba s’hemm dawn l-erbat’ijiem – il-boghod mill-genn marradi tat-toroq Maltin. Ghadek, minkejja kollox, ixxerred il-wens fuq min izurek u tnessi l-inkwiet tal-girja kilbiena ghar-rikezzi fiergha ta’ din l-art. Mill-ghola quccata taz-Zebbugg sal-icken wied bejn l-gholjiet hadrana taf biss tpaxxi l-ghajnejn li joghgobhom izuruk.

 U anki minghajr ir-retorika tal-poeta niggarantilkom li Ghawdex ghadha hemm fuq… fost id-destinazzjonijiet meraviljuzi li din id-dinja ghad ghandha mistur. Grejt kemm flaht biex inlahhaq ma kemm jista’ jkun. Mill-farmhouse tal-Waxy ghall-Bachelors tal-Banny sal-bahar kahlani taht it-tieqa tad-Dwejra. Grejt mill-Kartell, sal-Otters, sad-D-Bar, sal-Bukkett… u gawdejt. U anki meta ma flahtx niekol huta ohra u mort sal-Fu Hua ghal-ikla mill-orjent hadt gost. Tpaxxejt bil-karozza tal-kiri b’saqaf miftuh nserrep fl-ghelieqi ta’ San Dimitri f’sakra naturali filwaqt li t-tfajla tigbor fjuri ta’ kull tip u tosserva li anki l-grieden fil-kampanja Ghawdxija jafu jkunu helwin. Intlift f’sakra sikula (Averna sieheb!) u minhabba f’hekk irnexxieli nintilef fin-Nadur (!) fis-seigha ta’ filghodu… ma stajtx insib irkaptu. Imma hrigt u ma ddejjaqtx.

X’hemm isbah ghiduli mill-gbejna ta’ filghodu ma’ kisra’ hobz u zalzett Ghawdxi? U jekk tahsbu li qed inkun romantiku wisq, ma naqbilx. Grejt fit-toroq tal-Belt Victoria u jien u naqra l-ktieb il-gdid ta’ Lino Spiteri fir-Red Cafe’ tal-Labour Party Club ir-Rabat taht is-sigar qed imutu tat-Tokk waqaf ikellimni siehbi l-Biner. Issa m’ghadux Biner… issa Sindku u irid ihabbat wiccu mal-problemi ta’ kuljum biex izomm l-Belt kburija li ghandu f’idejh. U ghandu bicca xoghol… ghax imkien iktar mninn Ghawdex ma jinhass is-sens civiku… kull rahal tisthajlu qed jippoppa sidru il-quddiem u qed jghidlek hawn jien ejja zurni – ejja ara l-gmiel tieghi.

U ghal ftit tinsa l-ftit stejjer li jhobbu jitfghu dwar Ghawdex fil-gazzetti Maltin. Dwar bajjiet irvinati minhabba ramel li mhux. Dwar ghasafar sploduti mill-ajru barra z-zmien tal-kacca. Dwar widien imblukkati ghax is-sindku hekk iddecieda.

U ghal mument x’hin tiftakar tghid imma kieku jhallu t-tmexxija t’Ghawdex f’idejn l-Ghawdxin, u kieku Ghawdex twiegeb biss lill-Unjoni u mhux lil dawk il-qatta partiti mikluba ghal vot… kieku kollox ghadu l-istess? Jew Ahjar?

 U l-Maltin? Hallini ara. Jien ergajt hawn Malta. Sejjer nrodd lura l-karozza tal-kiri f’nofsinhar. Il-hsejjes ta’ Marsalforn u ta’ l-Ghasri partatthom ghall-hsejjes tat-trakkijiet u hornijiet ta’ Paceville. Kollox ghandu s-sabih tieghu… imma isbah mid-djamant?

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: