Skip to content

Folklor Urban ghas-Seklu 21 (IV)

April 12, 2007

arbol.jpg

 

 Din l-istorja hija kemmxejn differenti mill-ohrajn ta’ qabilha. Differenti ghax l-istorja hija imnebbha minn kanzunetta tal-Buena Vista Social Club. Il-kanzunetta forsi hafna nies semghuha izda kullhadd ghandu l-interpretazzjoni tieghu. Hawn hi tieghi, nittama li toghgobkom.

Kanzunetta – It-tfajla u s-sigra

It-tfajla waslet b’dik il-mixja ferrieha ta’ min m’ghandu l-ebda inkwiet ghaddej go mohhu. Proprjament ma mxietx… taret. L-arja tar-rebbiegha kienet ghamlitilha tajjeb. L-irwejjah tal-kampanja, d-dawl tax-xemx u l-frisk tal-arja garrewha tul il-moghdija. Kull ftit passi kienet tieqaf jew tigbor xi fjura jew thares madwarha u tithenna. Id-dahk taghha nghaqad mal-ghana tal-ghasafar u l-irxiex tal-ilma ghaddej gieri fir-rixtellu.

Mill-gholi ta’ hsibijietu l-ispirtu tas-sigra lemah din il-hlejqa ghaddejja tgawdi kull ma’ tara. Flieha sew u ghogbitu x-xena ta’ quddiemu. Tassew rari li tara wiehed minn dawn il-bnedmin jgawdu d-dinja ta’ madwarhom. Tassew imlietu bil-ferh din iz-zaghzugha bla hsibijiet hlief dawk li jghinuha tgawdi n-natura. U ghal mument l-ispirtu tas-sigra rega hass dik ir-rabta li torbot il-holqien f’haga wahda. Ghal ftit mumenti rega hass is-sens ta’ ghaqda li kienet ilha li indifnet fl-imghoddi. Dak is-sens wahhadi fejn kollox u kullhadd kien wiehed.

Il-mixja tat-tfajla qarrbitha dejjem iktar lejn is-sigra tal-ispirtu. Bejn mxiet u zifnet dritt ghal gol wens taht id-dirghajn il-kbar u wesghin tas-sigra tieghu. Hemmhekk waqfet hosbiena. Seta’ jilmahha mill-vicin. Flielha l-gilda zaghzugha taghha, hares gewwa l-fond ta’ ghajnejha ileqqu bit-tama ta’ hajja twila, hass in-nifs u s-shana taghha jersqu dejjem iktar lejh.

Id it-tfajla ittawlet u, ghal mument li ghalih kien ser jibqa’ etern, messitu. Hass dehxa tiela mal-inqas vina ta’ zokktu. Kull werqa fuq dirghajh trieghdet u l-ibghad gheruq ingibed f’estasi ta’ pjacir li bhalu qajla qatt kien hass qabel. Dak il-hin rega hass il-gibda tal-art – dik il-gibda primordjali li kien ilu jipprova jahrab mill-ewwel jiem tieghu meta kien thawwel go din il-hamrija ghammiela. Il-fjuri dakinhar kienu se jinfethu iktar minn qatt qabel.

It-tfajla kienet baqghet wieqfa fl-eternita’ ta’ dak il-mument. Issa tbaxxiet u minn xi but gewwa d-dublett harget mus zghir. Ikkuntemplat ghal ftit hin partijiet differenti taz-zokk tas-sigra u wara hafna hsieb u kunsiderazzjoni nifdet il-parti maghzulha taz-zokk bl-istess mus.

Ma setghax jifhem. Kinet allura din wahda bhall-ohrajn? Mohha biss biex teqred u tkisser? X’kien gara minn dik it-tfajla ferrieha? X’kien sar mit-tgawdijja tan-natura u mill-armonija tas-sensi? Minn fejn din il-vjolenza? L-elf mistoqsija assedjaw il-hsibijiet tal-ispirtu filwaqt li tinqixa wara l-ohra tal-mus holqu forom fuq iz-zokk… u f’daqqa sab twegiba ghall-elf ghaliex. Ghax induna li din ic-ckejkna sabiha kienet qed tnaqqax isimha fuq zokktu. Kienet qed thalli parti minnha sabiex jiftakarha ghal dejjem.

U l-ispirtu beka’. Qatt ma kien hassu daqshekk mahbub. Kienet ghazlitu minn fost tant sigar. U habb lit-tfajla iktar milli qatt kien habb qabel. Ried isib mezz kif jirringrazzjaha. Xtaq ihaddanha fid-dirghajn il-kbar tieghu. Xtaq iwahhadha ma’ zokktu u jghozzha mieghu ghal dejjem. Hsibiejietu grew mill-impossibbli ghall-iktar impossibbli. Holom metamorfosi li qatt ma setghet kienet. Holom li hu u t-tfajla rabbew il-gwienah u taru ‘l fuq… dejjem iktar fil-gholi sakemm sabu l-wens imgezwrin fis-shab u jghumu fir-raggi ta’ xemx hanina.

U l-ispirtu beka’. Beka’ dmugh ta’ ferh u ghena. Beka’ d-dmugh fin ta’ l-imhabba u r-roghda inhasset mal-essri tieghu kollha. Hekk kif t-tfajla temmet xogholha u kienet qieghdha kuntenta tlissen isimha darba darbtejn quddiem is-sigra, l-ispirtu qabad l-isbah fjura li kellu fis-sigra tieghu u rehiha ghal fuq it-tfajla.

Il-fjura nizlet bilmod hafna. Ghal mument haseb li ziffa rih kienet se tittanta tisraqha izda ma kellux hin jinkiweta wisq ghax il-fjura waqghet dritt f’hogor it-tfajla. Hares lejn din il-kreatura tal-holqien tigbor u xxomm ir-rigal ghaziz. Raha thaddan il-fjura ma’ sidirha. Raha tqum bilmod fuq saqajjha u harstu mxiet tul il-moghdija maghha, hi u timxi kuntenta bil-fjura tieghu f’idejh, sakemm ma setghax jilmahha iktar.

Dak il-lejl l-ispirtu tas-sigra raqad raqda hienja u holom l-isbah holm tal-bidu taz-zmenijiet meta kollox kien ghadu wiehed.

***

Ghaddew is-snin u dik it-tfajla saret mara sabiha. Kienet kibret u dahlet fid-dinja mghaggla tax-xoghol u x-xiri – tat-tellieqa sal-barkun li qatt ma hu hemm. Kienet nsiet iz-zmien ta’ bla hisbijiet u minflok saret holqa ohra fil-katina tal-konsumerizmu inkonoslabbli.

Jum fost l-ohrajn, minghajr ma taf kif, sabet ruhha fuq l-istess moghdija li kienet nizlet f’dik r-rebbiegha ferrieha tant snin qabel. Illum l-ghaggla taghha kienet ghaggla ohra. Ma kienx l-ghaggla tal-passi ta’zfin imma l-ghaggla ta’ min ghandu hsibiejietu mghobbija bl-inkwiet. Ghaggla ta’ min ghandu ftit hin wisq biex jahli l-hin ihares lejn pjanti u widien, lejn hdura u holqien.

Nizlet tul il-moghdija qisha haga mitlufa. Mitlufa u mghaggla biex issib triqitha lura lejn ix-xoghol, ix-xiri u l-ixxalar sintetiku. Kellha tinza z-zarbun bit-tkaken li xejn ma kien sew ghal din il-moghdija fil-kampanja. Ix-xemx kienet qed idejjaqa’. Ir-riha tal-ghelieqi bdiet iddardarha u resqet biswit sigra biex tistrieh.

Dak il-hin l-ispirtu tas-sigra qam mir-raqda fonda li kien fiha – waqaf johlom dwar tfajla zghira li griet tul il-kampanja u naqqxet isimha f’sidru u twahhdet mieghu ghal jum. Qam b’hasda bir-riha irritanti tal-fwieha artificjali li lahqet invazat l-arja ta’ madwaru. Dak il-hin induna b’din l-essri quddiemu – mitlufa, qisha mhix f’postha – kollha tlellix mill-metall ta’ madwar idejha u ghonqha – u thassarha. Thassarha ghax induna li ma kentix biss tilfet it-triq illum imma kienet tilfet haga wisq ikbar u ghaziza – tilfet is-sens tal-hajja.

Ghal nofs sekonda l-mara daret lejh, lejn zokktu u ghal darba ohra wara tant snin hassha tiehu n-nifs u gharafha.Gharaf li din kienet l-istess tfajla li tant zmien ilu kienet gabet tant ferh u hena.B’kemm kellu sahha ipprova idawwar dirajgh madwarha imma irnexxielu biss iferfex kull zokk u werqa tal-forma tieghu.

Il-mara hasset dehxa li ghaddiet minn hdejn iz-zokk tas-sigra fejn kienet tistkenn. Rat il-weraq ta’ din is-sigra jirtoghdu u z-zkuk jivvibraw ghalenija… fuq din is-sigra biss. Ghall-ewwel twahhxet ghal din ix-xena stramba.. imbaghad meta sabet il-vuci biex tghajjat sejhet mal-erbat’irjieh:

“Min hemm? Min int?”

U l-ispirtu tas-sigra rega’ beka’. Beka dmugh ta’ tbatija. Beka’ ghax ma kenitx ftakret min hu. Beka’ ghax it-tfajla li halliet isimha imnaqqax fuq sidru la kien jimpurtaha mis-sigra u l-inqas minn dawk il-ftit sekondi sbieh li qattghu flimkien.U l-ispirtu haseb fuq li haseb dan il-hsieb…

“Jiena s-sigra imhassba u imdejqa,

inti t-tfajla li zokkti naqqxet zmien lura;

ghadni nghozz go qalbi isem dik il-hlejqa,

u int, ghidli x’ghamilt bl-imsejkna fjura?”

***

En el tronco de un árbol una niña
grabó su nombre henchida de placer
y el árbol conmovido allá en su seno
a la niña una flor dejó caer.

Yo soy el árbol conmovido y triste
tú eres la niña que mi tronco hirió
Yo guardo siempre tu querido nombre
Y tú, ¿qué has hecho de mi pobre flor?

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: