Skip to content

Folklor Urban ghas-Seklu 21 (V)

April 24, 2007

Photo Sharing and Video Hosting at Photobucket

Imrammitna (Malta xi sena fis-seklu hdax)

hemmhekk, fuq xifer il-misrah tal-imriehel fejn tirgha ghalenija l-merhla moghoz, maz-zernieq niedi tal-ghodwa tfacca r-raghaj habrieki moghni b’qoffa ikel u bastun; madwaru migbura l-moghoz u nghag – migghema bla hsieb lesta’ biex titrejjaq tul il-jum – sakemm ix-xemx tilhaq l-ghola quccata fis-sema u ssahhan l-art bnina bir-raggi wenniesa;

sakemm jieqaf ir-raghaj fil kenn tas-sigar u jitrejjaq hu ukoll bil-qalba tal-hobz mbilla goz-zejt maghsur mhux wisq il-boghod minn fejn qieghed u mzejna bl-isbah tadam li taf toffri art-il gzira;

u mill-boghod jinstema’ lehen il-muwezzin mill-gholi tal-minaret gewwa l-belt Melita sabiex ifakkar lill-fidili li issa huwa hin it-talb; ifakkar li x-xemx titla’ u tinzel taht il-harsien t’Allah il-kbir u wahdani u bil-barka tal-profeta li wassal kelmtu sa’ l-ibghad ghelieqi ta’ dawn il-gzejjer;

u z-ziffa hedlijja ta’ wara nofsinhar iggorr maghha n-naghsa helwa ta’ wara t-talb u l-ikel; l-art tigbor lill-kullhadd fi hdanha – raghaj u moghoz, nghag u muwezzin, u tilqaghhom f’naghsa helwa ta’ serhan,

ghax din l-omm li ttihom isimha, taghha huma kollha t-tfal, gewx mill-art imqaddsa b’libsa punika jew minn ta’ Gerba l-gzira, waslux hawn fuq ziemel gholi jew tkaxkrux mal-erbat irjieh – hawnekk taghmilhom taghha, twahhadhom maghha u toffrilhom milli ghandha ;

u lil hadd qatt ma barriet din l-art f’nofs id-dinja – lil kullhadd tilqa’ u milli ghandha ttik -il-gmiel taghha, sa’ mill eqdem zmenijiet tal-alla mara, baqa’ l-wens taz-ziffa, tal-frott tal-art u ta’ xoghol il-bniedem – gebla gzira f’nofs ta’ bahar

fejn kull min xtaqha u habbha sab post fejn jibni mirammitu.

One Comment leave one →
  1. April 26, 2007 5:40 pm

    Madonna. Iktar ma naraha dik il-knisja iktar nixtieq li naraha tintradam. Xi kruha! Xi sfreġju! Żverġnaw art bħal dik għall-imbierka Verġni. Qatgħu sandar eh!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: