Skip to content

Superficjali

May 3, 2007

375911397_bcfabe7be3_m.jpg

Bhalissa go Franza regghet moda il-politika. Il-lenti tal-paparazzi tiffoka fuq l-ahhar kemxa tad-dublett ta’ Segolene jew fuq l-istat kostrutt tad-dahka ta’ Sarko’. Ma tehdilhomx kopja dal-Francizi. Ma nahsibx li tista’ tghid li huma iffissatissimi fil-pulitka – talanqas mhux fil-mod u manjiera li ahna l-Maltin nafu niffissaw biha. Ftit huma dawk li forsi ghandhom il-bandiera ta’ Sarky fil-kexxun lesti biex ixejruha fuq xi saqaf ta’ trakk galadarba l-ewwel hjiel tar-rizultat forsi mhux wisq photofinish jithabbar. Le, m’humiex daqshekk iffissati l-Francizi, imma f’isem La Republique, u kull ma ghadha tfisser, kullhadd qed jiehu bis-serjeta’ l-ahhar jiem tad-dibattitu bejn Sego u Sarko.

Il-hasra hi li dibattitu b’kollox kien hemm xi tlett sieghat. Taht regoli stretti – filwaqt li gewwa s-San Zero kienu qed jithabtu boxxla xjaten biex jintazel wiehed minn fosthom ghall-finali tac-Campjons – gewwa studjo televiziv goParigi waslo Sarko (l-ewwel fit-8.06) imbaghad Sego (ftit wara fit-8.16). L-istudjo kellu t-temperatura stipulata ta’ tlieta u ghoxrin grad celsju punt sitta – hekk kif miftiehem miz-zewg timijiet xi jumejn qabel. Id-domandi kienu ga lesti fuq il-mejda, ix-xenarju attrezzat u issa kull ma kien jonqos kienu z-zewg atturi biex b’dozi bilancjati ta’ orazija, qabziet alternanti ta’ indinjazzjoni, rabja u sarkazmu u interjezzjonjiet ta’ dahkiet simpatici u tbissim plastiku jirregalawna bl-unici tlett sieghat ta’ konfront face-a-face wara ‘l fuq minn erba’ xhur ta’ kampanja diretta presidenzjali.

U mhux nejk jew? Ghallinqas urewna li huma bhalna. Zewg kampijiet – konvenjentement blu u homor halli ma nithawdux wisq – jiffintjaw li ghandhom progetti kbar, holm ghall-poplu u futur sabih b’nifs gdid u l-bidla tkompli. Solidarjeta’ dejjem u kullimkien, ir-raba rebha, l-hames repubblika u fil-hdax u kwart l-ahhar tbissima forsi tigbed l-ahhar vot erranti tas-semmiegha storduti. Qahbec irnexxielhom jittardjaw ukoll halli Doctor House bdieli kwarta tard fuq it-TF1.

Mhux li Bayrou u tal-Orancjo kienu ha jgibuha zewg b’din tal-bidla. Ghax donnu l-votant ewropew mhux il-bidla jrid. Anzi l-kontra. Bhalissa nahseb li l-ewropew iffissat li l-ahjar mod biex timxi l-quddiem huwa li kollox jibqa’ l-istess. Grazzi Sur Tommasi di Lampedusa. Stajt m’ghidtilniex ta’. Jien gej sa Sqallija ha nara din l-art tal-Gepard x’issarraf u nifhem minn fejn gejja dil-konvinzjoni tal-bidla konservattiva.

Safrattant hemm nibqghu. Bl-istess erba zibiet iduru mas-saqajn. Illum Chirac mar jghid “Bye” lill-Merkel. Ma felahx ma jonfoqx erba ewri ohra f’vizita statali inutli. Ibqghu certi li malli jitla l-President(a – as in allahares) gdid l-ewwel trip tieghu (jew taghha) tkun biex tghid “Hello” lil Merkel. Fejn konna bqajna Cens. L-istess politici, l-istess nies u kullhadd kuntent igorr li l-politika m’ghadhiex sabiha, li l-ekonomija qed taqa’ zorba u li l-ambjent hallejnieh jaqa’ ghal sormu.

Ahjar immur sa’ Sqallija nistrieh ftit fix-xemx tal-Mediterran. Ghax ‘kk nibqa’ nisma u naqra dawn ic-cucati jibdew iduruli l-cabasisi!

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: