Skip to content

Ta’ Taht Fuq

June 5, 2007

Photo Sharing and Video Hosting at Photobucket

Id-dinja qed tinqaleb ta’ taht fuq. Jew kollox bil-kontra. Hekk jew hekk xorta. Il-bierah l-ahbarijiet tat-temp f’Malta ma kienu xejn sbieh. Il-widien kienu mifqugha bl-ilma mill-iMsida sa’ Birkirkara. Karozzi imkaxkra mill-qilla tal-ilma li waqghet hesrem mis-smewwiet imdardra fasslu xena surreali li inqabdet mill-ewwel mill-kaccaturi tal-immagni.

Filwaqt li t-toroq Maltin kienu qed jinhaslu bl-ammont rekord ta’ xita li ghogobha tinzel, hawnhekk gol-Lussemburgu qajla stajna nibqghu fl-officini ghax is-shana bdiet teqred. Addio air conditioners u addio tieqa miftuha. Sebgha ghoxrin grad ta’ shana u aptit xejn ta’ xoghol. Kelli innizzel il-psewdo persjani biex inbarri r-raggi qawwijja tax-xemx.

Kien biss meta’ mort sal-park wara’ x-xoghol biex naghti daqqtejn table tennis ma’ B. u L. illi tfaccat shaba (wahda) illi qisha kontra qalba bezqet zewg qatriet xita… qisu ghax bilfors. Laqqas ma kienet xita tas-soltu. Qatra tqila l’hemm u l’hawn u ziffa rih. M’ghamlitx bizzejjed xita biex nieqfu nilghabu u bqajna hemm sakemm ghajjejna nilghabu u beda jidlam.

Stramba. Gunju u x-xemx ghadu f’Lussemburgu u Malta taht l-ilmijiet u xita. Ilmijiet li bdew nezlin sa minn meta dik il-kotra ingemghet quddiem il-Vatikan biex tisma it-thabrik tal-qaddis gdid. Hawnhekk go Lussemburgu ilhom li tawhom qaddis taghhom. Minghalija jismu Willibrord u ikun hawn pellegrinagg ta’ l-fuq minn elf ruh kull sena minn madwar l-Ewropa li jigu jzuru il-qaddis ta’ Esch-Sur-Alzette.

Ma nahsibx li jmorru hafna Maltin. Imma ma nahsibx l-inqas li hija kwistjoni ta’ taxxi fuq l-ivvjaggar.

Sahhiet.

[Ritratt mehud minn Carmelo Aquilina (flickr)]

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: