Skip to content

U int? X’ghamlet ghalik?

June 25, 2007

Qed nara bicciet tal-programm ta’ Xarabank dwar l-Unjoni. Difficli nissaporti hin twil quddiem dan il-programm. Bejn ammont ezagerat ta’ reklami u dekodifikazzjoni tal-lingwa paternalistika tax-xarabankisti nipprova nifhem kif il-Maltin qed iharsu lejn l-UE. S’issa wara xi tletin minuta nisma’ indunajt li sforz hemm. Mhux hazin. Ninfurmaw lill-poplu. Izda l-informazzjoni ghaddej mill-lenti tal-media Maltija. Lenti li ma toghgobnix.

Nisthajjel l-UE qisha xi ggant kbir li galadarba ivvotajna biex nidhlu taht idejh issa qed iqassam ic-cejca lil min hu bravu bizzejjed biex japplika u jimla’ l-formoli. X’ghamlet ghalik l-UE? Tatni Lm50,000 u xtrajt fridge-freezer babaw… u issa qed inbiegh hafna prodotti keshin. U int? Jiena baghtitni scholarship u issa qed innaqqaxlek l-iprem skulturi!

****Wara l-break inhabbru survery dwar ir-reverendu Ewropew. Il-kaccaturi huma mitluba jistennew ftit iehor qabel jispjegawlna ghalfejn l-Ewropa hija hazina hazina hazina. ***

Il-problema hi li l-UE tibqa’ xi haga imbeghda. “Morna barra ha naraw kif jghixu go l-Ewropa.” (Peppi). “L-iktar haga li ddejjaqni hija l-ivvjaggar” (David Casa) Hargu mill-ghar metaforiku u issa gew lura ha jispjegaw lill-popolin x’jigri hemm barra. L-impressjoni tieghi hi li skond il-lenti ta’ Xarabank l-poplu taghna ghadu jistenna min jibaghtlu l-palati minn barra. Ghaddejna minn zmien l-Inglizi ghal zmien Mintoff sa zmien in-Nazzjonalisti. Issa dipendenti fuq ic-cejca ta’ dawk ta’ barra.

U filwaqt li l-Ewropa vera, li suppost ahna parti minnha daqs kemm hu parti il-Germaniz u l-Franciz, timxi l-quddiem u tkompli ssawar sura differenti minn Trattat ghall-iehor, ahna ghadna fil-fazi fejn nistennew il-manna niezla mis-sema (basta nafu nibaghtu e-mail lil Peppi, basta ikollna spatar MaterDei (l-ahjar ghal sahtek), basta nivvutaw fir-reverendi) u nikkunsidraw irwiehna bhal dak il-poplu tat-tielet dinja – appendici skomda ghal Ewropa li bina u minghajr xorta.

Issa jahasra kieku smajna minn Sant u vvutajna lkoll LE, forsi illum kien ikollna bzonn infittxu l-bajd li ilhom li sparixxew fil-qliezet taghna u nibdew naghmlu xi haga dwar Malta u l-futur taghha. 

Oh Eh Oh

Titilfux il-ftuh tal-Mater Dei fuq Xarabank. U bilhaqq jekk taraw lil Madeleine ibruha u gibuha maghkom ha forsi niehdu gost ilkoll flimkien (ser ikun hemm Montesin ukoll).

2 Comments leave one →
  1. david permalink
    June 27, 2007 6:37 pm

    Ghax mid-dehra naqblu dwar id-dwejjaq li jqabbadna Xarabank (li sar qisu l-Oraklu Nazzjonali tas – Sold u Nofs). Moggi controllava il calcio, Peppi controlla il tono nazionale…

    Ulied in-Nanna Venut go l-Ewropa ta’ Kajjin u ta’ Casa. Rapport mhejji minn habib tieghi li jghix Melita

    “…b’dawk il-Maltin
    intervistati ma jafux x’se jaqbdu jghidu, b’wahda minnhom tghid li minn
    dejjem kienet il-holma taghha li ssiefer, u li meta kienet zghira kienet
    toqghod taghmel is-sinjali bil-lapes fuq il-mappa biex tghaqqad post ma’
    iehor, bil-mibghut specjali ta’ Peppi jigri bil-barzakka minn bini ghal
    iehor qisu qabdu xoghlu u qed ifittex latrina, ifittex fejn jiltaqghu
    l-Maltin u jistaqsihom humiex homesick, bl-MEP’s jiftahru b’rixhom u
    jirrakkuntaw aneddoti personali umoristici li ma jdahhqux, insomma, una
    gran bella noia.”

    Insomma “XARABANK Oh-eh-oh, oh-eh-oh!”

  2. November 10, 2008 10:34 pm

    Interesting to know.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: