Skip to content

Gebel fil-Marrara

July 16, 2007

p283.jpg

Ritratt: Gebla fil-marrara ta’ anonimu injot u mhux ta’ Herr Samit

Dan l-ahhar l-ugiegh f’genbi u fil-qiegh ta’dari ma waqafx. Mort ghand it-tabib fil-klinika biswit id-dar tieghi. Ghal bidu haseb li kienet xi haga relatata mad-dieta celijaka u mal-fatt li forsi kont qed nonqos mid-dixxiplina stretta u navventura kull tant fid-dinja tal-gluten. Wara li ghaddejt tmiem il-gimgha fi Brussel iktar qisni ghandi tmenin sena milli ftit iktar minn tletin ergajt zort lit-tabib u din id-darba s-suspett waqa’ fuq il-gebla – forsi fil-kliewi, forsi fil-marrara. Ikollna nilghabu loghba li jisimha noli xjentifika fejn permezz ta’ attrezzi avanzatissimi niskopru jekk is-sors tal-ugiegh jinstabx mohbi x’imkien fil-gewwieni tieghi.

Kien ghalhekk illi jumejn fuq xulxin kelli immur l-isptar ta’ Kirchberg halli, skond kif ghamar it-tabib, naghmel it-testijiet. L-esperjenza Maltija kienet darrietni hinijiet twal ta’ stennija anki fl-hekk imsejha sptarijiet privati immexxija minn persunaggi tal-estrema destra kamuffata. Mort ghalhekk lejn Kirchberg moghni b’attrezzi ta’ moghdija tal-hin ossija – (a) l-Economist, (b) The New Discworld Companion, u anki ghal mizuri estremi (c) The Daily Mail Cryptic Crossword Collection (Volume 1). Mort anki kmieni biex forsi insib parking u allura minkejja li suppost kelli appuntament ghall-ultrasound fil-hdax wasalt ghall-hdax nieqes kwart. Sorpriza numru wiehed: parking (bil-hlas) pero tipparkja komdu u tizbokka ezatt quddiem ir-reception.

Is-sinjura Letzeburgiza li tinstab fir-reception idderigietni lejn kuridur twil imdawwal. Sorpriza numru tnejn: m’hemmx rieha ta’ sptar. L-esperjenza tghallem illi d-dinja tinqasam f’zewg tipi ta’ nies: dawk li jidhlulek go sptar u qishom dehlin go xi forn tal-hobz jew gelateria ghax ma jiddardru xejn; u dawk, bhali, li meta jghaddu l-boxxla tal-isptar jibdew jiddardru bir-riha qawwija ta’ “sptar” li tista tinftiehem biss jekk wiehed izur kwalunkwe parti mill-iSptar San Luqa jew l-iSptar Craig. Kirchberg kien iktar qisu dhalt f’xi officini. Xejn li jfakkrek li qieghed go sptar hlief is-sinjaletika ma kullimkien, l-ordni u l-indafa.

Sibt is-sala tal-istennija ghall-ultrasound. Poggejt u ftaht l-ewwel ktieb. Lanqas ilhaqt naghti harsa perentorja lejn kull min kien se jaqsam din l-istennija mieghi ghax daqqu l-hdax bumm, u mal-hdax bumm infetah il-bieb ta’ quddiemna u nurse bjonda (u kerha) ghajtet “Herr Samit”. Dak kont jien – jew il-verzjoni germano-burgiza ta’ ismi. Qomt u f’lehha ta’ berqa sibt ruhi nofsni gharwien u mimdud b’mara iddellikli xi krema fuq zaqqi u tghidli inholl il-qalziet. (Godurja kbira kieku ma kenitx l-istess fraulein li sejhietli b’ton ta’ Herr Flik f’ Allo Allo). L-ultrasound sar malajr ukoll u l-announcement sobriju ta’ skoperta tal-mishuta gebla fil-marrara sar minghajr ebda tlaqlieq.

Fil-hdax u erbghin kont diga qed niehu kafe’ fil-kafe’ (nadif) tal-isptar. U l-ghada l-istess haga biex jehduli d-demm ghat-testijiet. Efficjenza Svizzera, indafa rassikuranti u professjonalita’ impekkabbli. J’alla Mater Dei tkun anki nofs dak li ghandhom dawn il-Lussemburgizi go Kirchberg.

Eh. U dwar il-marrara illum incempel lis-surgeon. Milli nista nifhem ftit baqalha hajja marrarti. Fl-ewwel gimgha ta’ awwissu se jigrilha bhall-appendix u ssir estranea ghall-avvenimenti futuri li jistghu jigru f’gisem Herr Samit.

2 Comments leave one →
  1. Edward permalink
    July 17, 2007 1:01 pm

    Hahaha!🙂

  2. Joe Mercieca permalink
    January 7, 2012 4:02 pm

    Jien il ftit kliem li nuza, biex il kura ta l istat nibzu ghalija, ghax bil kura privata jien ma hrixt sudisfat, ghanzi nirringrazja lil bambin li ghadni haj, ghax veru trid tkun kattiv toppera bnidem bla ma taghmel testijiet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: