Skip to content

L’Ile de Malte

August 8, 2007

frenchcock.jpg

Ghamilt gimaghtejn indur man-naha t’isfel ta’ Franza u ma waqaftx inhabbat wicci ma affarijiet li jfakkruni f’Malta. Fl-ewwel parti tal-vjagg zorna l-plajjiet li minn Arcachon sa San Jean de Luz jifformaw n-naha ta’isfel tal-kosta Atlantika Franciza.  Mimli Surfer Boys  – kelli anki l-okkazjoni niltaqa’ ma wiehed ghax huwa habib antik ta’ Melanie. Dawn is-surfer boys kollha l-istess, hafna mossi b’xaharhom li dejjem ha jaqa’ ma jaqax quddiem ghajnejhom, jitkellmu biss fuq bahar u mewg u xemx u jaghtuk l-impressjoni tal-bahnan kuntent li ghal ftit ma tibdiex tghir ghalihom. Sakemm ma tindunax li fil-bar ta’ filghaxija imsemmi ghall-Corto Maltese int, huk u t-tfajla huma l-unici nies li ma bdewx il-lejl billi sparaw xi kwintal koka f’imnifsejhom… imbaghad tibqaghlek biss it-toghma tal-bahnan u l-idea tal-kuntent tisparixxi bhall-mewga li wara li ssabtet mal-plajja tirtira ruha kwieta kwieta.

U go Mimizan (Plage), wahda mill-hafna plajjiet ta’ dawn in-nahat sibna ukoll ir-ristorant “l‘Ile de Malte“. Kont kurjuz bizzejjed biex staqsejt x’kienet il-konnessjoni. Sid il-post qaltli li xtraw il-post minn idejn mara li kienet gejja u sejra bejn Malta u Mimizan bejn l-Atlantiku u l-Mediterran. Bieghhet id-dar imma l-isem wehel. Anki jekk ir-ristorant m’ghandu x’jaqsam xejn ma’ Malta… lanqas xi poster kitsch ta’ luzzu. Forsi nibaghtilhom wiehed issa. Taf int… naqa’ promozzjoni. Imbaghad qabel ma tlaqna indunajna ukoll li xi buzillis franciz fetah take-away ezatt quddiem l’Ile de Malte… u semmiegh “The French Cock”… ara vera surfer’s paradise.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: