Skip to content

Palazz-il Ruzarju

August 8, 2007

palazzrosario.jpg

Bis-sahha tat-Tour de Force spiccajt anki mort Lourdes. Kont smajt hafna stejjer dwar il-pellegrinaggi Maltin li jitilghu sa’ Lourdes jigbru tberika u flixkun ilma imbierek forma tal-Madonna u peress li minn San Sebastian (Donostia please) sa Carcassone trid tabilfors tghaddi mill-inhawi ta’ fejn dehret il-Madonna ma stajtx ma nzurx il-post. Stennejt minn kollox. Stennejt xi haga bhal ta’ Pinu fejn anki nies bhali, li ma tantx tinzlilhom din tad-dehriet mistici lill-pajzani taht xemx tisreg, xorta ihossu sens ta’ rispett minhabba l-kwiet u l-atmosfera ta’ riflessjoni. Imma Lourdes mhux hekk xbin. Lourdes triq wahda moghnija bis-superkitsch. Ma ddawwarx rasek u ma tarax ruzarju jew statwi varji tal-manifestazzjonijiet differenti tal-madonni. Forsi minn Lourdes gibna l-espressjoni xejn elokwenti tal-“Mitt madonna”.

Pellegrini ta’ kull nazzjonalita’ jaghzlu bejn termometru marjan, lapel badge helu helu bil-warda mistika jew post card b’wicc il-Vergni issellem “Greetings from Lourdes”. F’ghajnejja l-ispiritwali kien sar pagan hafna qabel ma lmaht is-santwarju mill-boghod. Mid-dehra (skuzawni tal-pun) meta dehret il-madonna talbet li jaghmlu kappella zghira. Minflok hemm knisja li lili fakkritni hafna fir-ritratti tal-palazz tal-principessa li huma sinonimi ma’ Disneyworld. Inkredibbli.

Nahlef li provajt immur Lourdes imnezza’ minn kull sens ta’ cinizmu jew kull tip ta’ tmaqdir proto-ateju li jhobbu jiddelettaw bih dawk l-erba psiepes li minghalihom lil ghax imaqdru l-knisja huma l-cowboys intellettwali tas-seklu wiehed u ghoxrin. Nahlef li mort Lourdes b’mohh miftuh bl-idea li nara mill-vicin xhieda vera ta’ fidi ferma. Jiddispjacini nghid li l-unika impressjoni kienet ta’ magna mistika li ddawwar sold ma kull pellegrin. Tikkonsla x’hin tahseb f’ta’ Pinu. U bilhaqq. Ir-ritratt m’hix cajta. Il-hanut vera jismu Palazz ir-Ruzarju.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: