Skip to content

Linji Mkissra

November 16, 2007

wilshireblvd1958.jpg

Ghall-habta tas-sitta ta’ filghaxija lhaqt lil Melanie fuq ic-chat tal-gmail. Kienet ghadha kif tistenbah minn lejl irqad. Hemmhekk kienu ghadhom id-disgha ta’ filghodu. Qaltli li barra kellhom erbgha u tletin grad celcius go Belt-il Angli. Iktar kmieni wara nofsinhar kont kwazi tlift hajti gol-wesgha ta’ Place d’Europe jien u miexi lejn ir-ristorant ultra snob li jismu Papila biswit il-Philarmonie. Kien hemm bard ixoqq l-ghadam, u mhux biss. Ir-rih ivenven bejn pilastri ta’ arkitettura moderna u jsabbat mal-hgieg tal-grattacieli biddel s-sawra ta’ kull binja. Minflok bini kont qisni imdawwar bl-icebergs, blokkok ta’ silg u kristalli. U Melanie rieqda.

Qaltli li l-bierah (taghhom) waqt li jien kont rieqed ghall-kenn u wens tas-shana tar-radjatur hi kienet marret fuq il-plajjiet ta’ L.A. u ixxemxet. U filwaqt li t-temperatura god-Dukat misset l-abissi ta’ hamsa taht iz-zero u t-trab tas-silg beda jifforma fuq il-hgieg tal-karozzi go Rue de Bragance, Melanie u Nathalie sehtu s-siegha u l-mument li telqu mill-plajja u wehlu fit-traffiku ta’ Santa Monica Boulevard. Saghtejn u nofs ta’ xemx tisreg. Jahasra. Jien forsi qomt inlahlah ftit grizmejja minn nixfa artificjali ta’ kamarti, forsi fl-istess hin li Melanie kahhlet flixkun ilma kiesah ma xufftejha ha tiffriska ftit.

U l-linja ma zammitx. Forsi ghax anki l-gmail ma felahx ilahhaq mal-kuntrasti. Messaggi jitilqu mis-shana u jaslu fl-ikseh bard u vice versa. Il-linja waqghet u ma lhaqtx nghid ciao lit-tfajla. Inqatghet il-konnessjoni u hallietni hekk, kif tghid… kiesah u biered.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: