Skip to content

Bidu Gdid

April 23, 2008

Mhux politiku dan il-bidu. Bidu gdid ghal Kinnie & Twistees, inkomplu fejn hallejna qabel ma kellna nikkoncentraw fuq affarijiet ohra. Il-hajja tal-barranin f’Lussemburgu baqghet tizviluppa. Il-komunità Ghawdxija (u Maltija) kibret. Ma nistax nghid li rabbejna l-gheruq imma drajna. Il-pajjiz ghandu l-problemi tieghu. Immigranti de luxe,  ma jafx x’ha jaghmel bihom – jew kif jitrattahom. Qieghed bejn halltejn. Minn banda m’hux sigriet li il-barranin li hawn go Lussemburgu il-bicca kbira minnhom ihallu hafna mill-flus li jaqilghu hawnhekk. Jonfqu fejn jistghu – jekk hux dik ix-xirja ta’ tlett sieghat gewwa il-Belle Etoile jew l-Auchan, jew jekk imorrux f’xi restorant jew ic-cinema jew jekk tigihom tajba it-tijatru.

Vera. Ma’ l-ewwel sinjali ta’ btala jew tmiem il-gimgha il-hasba kollettiva tkun qisha tal-Windows – Where do you want to go today? Min ilebbet lejn Trier (Germanja), min lejn Metz (Franza), min lejn Brussell (Belgju) u min lest jiehu r-riskju tat-titjira bir-Ryanair (How long do you want your delay today?). GHal min jibqa’ hawn hemm numru ta’ premji konsolazzjoni. Gurnata sabiha taf- tohrog il-grottli minn taht il-gebel u erhilhom jintelqu fuq il-hdura tal-gonna (parks). L-iprem post huwa siggu fuq mejda fir-restorant tal-Parc Belair fejn wiehed jista jordna Lait Rousse filwaqt li igawdi l-ghasafar u papri itiru. Ma jonqsux l-invettivi ghall-“qahba shab” kull meta xi wahda tiddandan tghatti x-xemx prezzjuza. L-ezercizzju fiziku jinvolvi ukoll xi loghba table tennis jew bocci “on the lawn”.

Il-Hadd, jekk wiehed irid jittanta x-xorti tal-allat tal-kolesterol dejjem hemm il-Maybe Not Bobs li joffti menu abbondanti u prelibat ta’ hnizrijiet anglo-sassoni for Sunday Brunch. Ftit l-isfel hemm l-iScots forma ta’ Pub li ghandu terrazza ottimista li xxaqleb fuq ix-xmara Moussel illi fis-sajf issir gelgul ilma li tithajlu qajla jasal ghad-destinazzjoni – ikun hemm iktar ilma il-Lunzjata fir-Rebbiegha.

Dan kollu biex inharbex erba kelmiet biex nghid li l-hajja ghada l-istess Lussemburgu. Meta fil-fatt inbidlet xi ftit. Sirna iktar midhla tan-nosob li jaf joffri dan il-pajjiz u naqghu inqas spiss ghalihom. Domna ma indunajna li ma kienx il-Franciz taghna illi huwa hazin imma huma il-Lussemburgizi li jiehdu lil kullhadd fuq demm id-dars u li iktar ma tkellimhom bil-Franciz iktar ituk bis-sieq u jaghmlu ta bir-ruhhom li ma fehmukx. Trid “tintegra” xi ftit. Ma tridx taghmilha tad-difficli. Imma meta tiskopri li hawn ossessjoni generali li il-barranin qieghdin hawn biss biex tahlibhom u tehdilhom l-ahhar ewro minn buthom allura tirreagixxi kif taf int.

U emmnuni… Ghawdxi avzat…

2 Comments leave one →
  1. April 23, 2008 5:57 pm

    heheheee

  2. April 23, 2008 9:41 pm

    “Imma meta tiskopri li hawn ossessjoni generali li il-barranin qieghdin hawn biss biex tahlibhom u tehdilhom l-ahhar ewro minn buthom allura tirreagixxi kif taf int.” Tinstema familjari din. Kemm ghall-barranin li jigu Malta, kif ukoll ghall-Maltin li jitilghu Ghawdex.

    We’re all out to make a buck off someone else.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: