Skip to content

Haut Standing

April 29, 2008

Dalghodu jien u miexi lejn il-karozza qabel ix-xoghol ghaddejt minn hdejn wahda minn dawk l-iskips iz-zghar li jintuzaw Lussemburgu biex fihom jingabar iz-zibel tal-appartamenti. Kull blokk ghandu zewg skips jew tlieta. Wiehed ghar-rifjuti ta’ kuljum, iehor blu ghall-karti u iehor ghall-plastic u aluminju. Generalment dawn jinstabu fil-“cave” jew kantina u meta jkun imiss li jingabru jigi buzillis impjegat ta’ xi kumpanija u jdur flat flat johrog l-iskips sabiex dawn jingabru minn taz-zibel. Dan il-buzillis jithallas mill-amministrazzjoni tal-appartamenti li jiksbu il-bagit taghhom billi jiccargjaw lill-min joqghod fl-appartamenti ghal servizzi varji.

Ghalhekk meta wiehed jidhol go appartament go Lussemburgu ihallas il-kera kif ukoll hlas ghal servizzi li tista’ tinkludi is-sistema tal-heating, tindif komuni u affarijiet ohra. Il-Lussemburgizi iffissati fil-kera. Hafna minnhom jikru biex jahilbu lill-barrani u il-prezz ta’kirja dejjem tiela. Ghal appartament fic-centru b’zewgt ikmamar tas-sodda u fori xi disghin metru kwadru stenna li thalllas 1250€ mill-inqas. U ghadek ma semmejtx charges.

Issa iffissati ukoll fil-kuncett ta’ “Haut Standing“. Zewg kelmiet li jippermettu lis-sid jgholli l-prezz tal-kirja. Dan l-ahhar sid-il kera tieghi infurmatni li gejjin xi nies jbiddlu l-“madum” tal-bejt. Qaltli li dan biex ikomplu jizguraw li l-appartamenti jibqghu “Haut Standing“. Kellha il-wicc icanfarni ghax inzomm ix-xorb tieghi (koka, luminata, birrer) fuq it-terrazza li taghti ghall-park. Ma bghatthiex tiehdu ghax ghax. gejja biz-zikk ta’ Haut Standing. Jien naf li dan m’hux kwistjoni ta’ Haut Standing imma kwistjoni li il-bejt kien qed jaghmel l-ilma. Kif jghid z-ziju kellhom “idahhlu subajhom f’sormhom” u jissagrifikaw ftit mill-flus li qalghu biex igeddu l-bejt. Dak mhux Haut Standing nghidlu… imma Force Majeure.

Taf x’inhu Haut Standing? Il-gurdien tad-dar li rajt wieqaf biswet l-iskips tal-appartamenti Haut Standing, fit-triq Haut Standing, fil-kwartier Haut Standing, tal-Belt Haut Standing. Rajtu dalghodu jien u sejjer lejn il-karozza. U jkolli nahlef li taghni harsa u ghammizli… bhallikieku ried jghidli “Dal-Lussemburgizi u n-nejk l-ghandhom it-tnejn nafu fejn ghandhom idahhluh”.

P.S. Nispera li ma ltaqax ma Xitan. Dik ohra vittma tal-Haut Standing. Skond is-sid ghandi innehiha ghax annimali mhux permessi. Jien ivvintajtilha storja li “qattus” ma jikklassifikax bhala annimal ghax go Lussemburgu trid tirregistra il-klieb imma mhux il-qtates. Donnha belgheta. Ghalissa. Sahhiet.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: